Hawn il-bżonn ta’ servizz veterinarju komprensiv

Fil-jiem li għaddew, persuna stqarret mal-aġenziji tal-aħbarijiet kif wara sagħtejn ifittex għajnuna veterinarja għad-debba tiegħu li kienet qegħda twelled, l-għajnuna baqgħet ma sabithiex; sabet biss bibien magħluqin, u min suppost offra l-għajnujna u sapport wieġeb billi qal li din ma kienet emerġenza xejn –  bil-konsegwenza li l-ferħ miet ftit wara t-twelid. 

Il-kelliem f’isem il-partit Mark Zerafa qal li jinħtieġ li s-servizzi għal emerġenzi veterinarji f’Malta jissaħħu bla dewmien. Tassew li l-gvern nieda servizz ta’ għajnuna veterinarja għal każijiet ta’ emerġenza, aktar kmieni din is-sena. Dan kien pass tajjeb u ta’ min ifaħħru; madankollu jidher b’mod ċar li dan mhux sostitut għal servizz veterinarju xieraq u komprensiv. Dan is-servizz hu maħsub biss għal annimali domestiċi bħal ma huma klieb, qtates u għasafar. ADPD-The Green Party għalhekk jisħaq dwar il-ħtieġa li l-isptar tal-annimali jerġa’ jibda jiffunzjona minnufih. Dan għandu jkun mgħammar b’faċilitajiet moderni u jitħaddem b’effiċjenza. Is-servizz għandu jilqa’ mhux biss annimali meqjusin bħala domestici, iżda anke bhejjem bħal ma huma żwiemel.

FacebookEmail