Jekk trid is-serjetà fil-mod kif issir il-politika f’pajjiżna, qum fuq tiegħek u vvota ADPD

Jekk trid is-serjetà fil-mod kif issir il-politika f’pajjiżna nhar is-Sibt, qum fuq tiegħek u vvota ADPD. Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-kelliema ta’ ADPD-The Green Party meta indirizzaw l-aħħar konferenza stampa tal-kampanja għall-elezzjoni ġenerali 2026 fi Ġnien l-Istazzjon, Ħ’Attard. 

Il-kelliem u kandidat fuq it-12 u t-13 il-distrett Luke Caruana qal li din il-kampanja elettorali uriet aktar minn qatt qabel li għandu jiġi regolat il-finanzjament tal-partiti politiċi. Rajna kampanja b’infieq ta’ miljuni kbar mill-partiti tradizzjonali li bil-fors iġiegħel lil dak li jkun jistaqsi fuq is-sorsi ta’ dak l-infieq. Għalhekk ADPD ilha tisħaq li l-liġi eżistenti tal-finanzjament tal-partiti politiċi għandha tittejjeb biex ma jibqgħux il-partiti fil-Kummissjoni Elettorali  stess li jirregolaw lilhom infushom.

ADPD ilha tisħaq li għat-tisħiħ tad-demokrazija, kull partit politiku li jikseb minimu ta’ appoġġ elettorali għandu jkun iffinanzjat mill-istat b’kontro-bilanċ strett li donazzjonijiet kbar privati jkunu ipprojibiti. Hemm bżonn ukoll li mill-bieb ma’ jidħlux mit-tieqa billi kumpaniji kummerċjali tal-partiti politiċi jiġu taħt skrutinju ikbar biex naraw li ma jkunux qegħdin jintużaw għal finanzjament illegali fi kwalunkwe forma (in cash or in kind).

Għandu jkun hemm skrutinju akbar mill-Parlament fejn propjetà pubblika hija użata minn partiti politiċi biex jassigura li dawn qegħdin iħallsu kirjiet kummerċjali. Mhuwiex aċċettabbli li l-partiti politiċi ikollhom kontijiet pendenti ma’ entitajiet pubbliċi – kif inhu magħruf kemm il-PL kif ukoll il-PN għandhom pendenzi sostanzjali ta’ miljuni ta’ Euro, inkluż kontijiet ta’ ilma, elettriku u bolla tal-impjegati. Dan huwa mod abbużiv kif il-partiti tradizzjonali qegħdin jiffinanzjaw l-operat tagħhom. Membri parlamentari f’isem ADPD jaraw li dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ fil-leġiżlatura li jmiss. 

Il-politika ġabuha spettaklu minflok diskussjoni. Il-politika ġabuha rkant minflok politika ta’ viżjoni. Qed jifthemu ma’ lobbies b’saħħithom minn wara dahar kulħadd biex dawn jibqgħu jħawlu u jaħtfu kemm jifilħu. Għalhekk nhar is-Sibt, jekk trid is-serjetà fil-mod kif issir il-politika f’pajjiżna, qum fuq tiegħek u vvota ADPD, temm jgħid Caruana.

Il-kelliem ta’ ADPD u kandidat fuq it-2 u t-8 distrett Mario Mallia saħaq fuq il-ħtieġa ta’ diversi miżuri li ADPD ilha tisħaq fuqhom biex tiżdied it-trasparenza u il-kontabiltà fil-ħajja pubblika u biex stejjer ta’ manuvrar jew agħar minn hekk, li kważi sirna immuni għalihom jinqatgħu darba għal dejjem.

Il-Membru Parlamentari għandu jiddedika ħinu kollu għall-ħidma parlamentari biex jiġi evitat kunflitt ta’ interess bejn ir-responsabbiltajiet parlamentari u dawk professjonali, xogħol jew negozju. Membri Parlamentari m’għandomx jinħatru fuq bordijiet ta’ awtoritajiet li jista’ jpoġġihom f’konflitt mar-rwol tagħhom li jissorveljaw il-ħidma tal-gvern.

Ilna is-snin nisħqu fuq regolamentazzjoni tal-lobbying li minnu innifsu mhux ħażin għaliex jippermetti interazzjoni ta’ ideat u proposti. Madankollu għandu jkun hemm trasparenza fil-mod kif dan isir. Għalhekk ADPD ilha tipproponi li għandom jiġu ppubblikati minuti ta’ laqgħat li jsiru dwar proposti biex jintwera b’mod ċar kif jittieħdu deċiżjonijiet u jnaqqas is-suspett li dawn ikunu qegħdin jittieħdu biex jaġevolaw lil xi wħud a skapitu tal-interess komuni.

Għandha tinżamm id-distanza bejn id-dinja tan-negozju u l-amminstrazzjoni pubblika f’kull ħin, inkluż regolamentazzjoni aħjar ta’ kif impjegati fis-settur pubbliku speċjalment f’kariga regolatorja jmorru jaħdmu mas-settur privat fl-hekk imsejjħa revolving door employment; imma anke viċi versa fejn hemm bżonn cooling-off period bejn li wieħed itemm impjieg mal-privat u jibda jissorvelja l-istess settur li kien impjegat fih.

Fl-aħħarnett hemm bżonn li jispiċċa t-tkaxkir tas-saqajn fuq id-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-membri parlamentari u tal-ministri. Mhux importanti jekk ikun hemmx dikjarazzjoni waħda jew differenti; imma li hu żgur li m’għandux ikun hemm lok li jinħeba l-ġid akkumulat f’isem il-konjugi.

Membri parlamentari f’isem ADPD jaraw li dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ fil-leġiżlatura li jmiss. Għalhekk nhar is-Sibt, jekk trid is-serjetà fil-mod kif issir il-politika f’pajjiżna, qum fuq tiegħek u vvota ADPD, temm jgħid Mallia.

Iċ-Chairperson ta’ ADPD-The Green Party u kandidata fuq is-6 u 12-il distrett Sandra Gauci qalet li l-partit ressaq numru ta’ kandidati fuq id-distretti kollha, li umilment nitolbukom li tafdawom bil-vot tagħkom. Kull wieħed u waħda minn dawn il-kandidati jemmnu fil-prinċipji fundamentali tal-viżjoni ħadra għal pajjiżna. L-altruwiżmu, is-sens ta’ ġustizzja soċjali u li jkollna soċjetà aktar ġusta fejn kulħadd ikollu l-istess opportunità li jirnexxi, huma l-valuri li jgħaqqduna u jagħtuna l-ħeġġa biex kuljum nissieltu kontra dak li hu nġust. Konna dejjem il-vuċi taċ-ċittadini hemm fejn ħaddiehor nesikom u mbagħad jiftakar fikom lejlet elezzjoni.

Konna hemm nissieltu għal baħar nadif, biex spazji pubblici jibqgħu pubbliċi anke bi protesti u mhux biss. Tlabna dejjem u għadna nitolbu għal aktar infurzar fuq dawk il-kawżi għal qalb iċ-ċittadini. Irridu kontroll serju tal-cowboys fis-settur tal-bini, fuq storbju eċċessiv, tniġġis tal-arja. Irridu li jieqaf it-teħid ta’ art pubblika.  Konna minn ta’ quddiem li tkellimna fuq l-overtourism li qed jimmina l-kwalità tal-ħajja tar-residenti fiż-żoni milquta. Il-kelma sostenibilità għalina mhux buzzword, hija l-pern li fuqu nemmnu li għandu jkun ibbażat it-turiżmu, n-numri ma jibqgħux l-uniku kejl. 

Aħna nagħtu soluzzjonijiet fattibbli għat-trasport – il-Bus Rapid Transit u t-toroq sikuri għan-nies u mezzi alternattivi ta’ trasport. Aħna biss nitkellmu fuq ekonomija li verament qegħda għas-servizz tas-soċjetà u tħares l-ambjent li ngħixu fih. Aħna biss nitkellmu bis-serjetà fuq sfidi kbar bħall-bidla fil-klima.

Jekk thoss li m’intix ikkalkulat għax m’għandekx ħbieb tal-ħbieb jew flus biżżejjed, jew trid politika progressiva u serja, ADPD hi  l-għażla naturali tiegħek. Nemmnu bis-sħiħ fil-ġustizzja socjali u li kulħadd jiġi trattat indaqs, imħallas indaqs għall-istess xogħol u jkollu l-istess opportunitajiet. Li jkollok vuċi ħadra fil-parlament tiggarantixxi dan kollu. Aħna għas-servizz tal-pajjiż biex flimkien ingawdu – ILKOLL.

Għalhekk nhar is-Sibt, jekk trid is-serjetà fil-mod kif issir il-politika f’pajjiżna, qum fuq tiegħek u vvota ADPD, temmet tgħid Gauci.

***

If you want serious politics for our country, stand on your own two feet and vote ADPD

If you want serious politics for our country, next Saturday vote ADPD.  This was the main message that speakers for ADPD-The Green Party when they addressed the last press conference for the 2026 general election in Ġnien l-Istazzjon, in Ħ’Attard. 

Party spokesperson and candidate for the twelfth and thirteenth districts Luke Caruana said that this electoral campaign has shown more than ever the need for party financing to be regulated by the state.  We have seen the traditional parties running multi-million-euro campaigns, and this inevitably makes one ask about the source of all this money.  That is why ADPD has long championed the need to revise the current legislation on the financing of political parties so that the parties in the Electoral Commission no longer regulate themselves.

ADPD has spoken about the need to strengthen democracy, and this can be achieved by having state funding for political parties that obtain a minimum threshold of support, and strictly controlling large private donations.  There is an urgent need for companies belonging to the two main political parties to be subjected to scrutiny to ascertain that they are not being used illegally to financially support them in any form, including in cash or in kind.

There should be greater scrutiny by Parliament in which public property used by political parties is being charged commercial rates.  It is not acceptable for political parties to have pending costs with public entities.  It is well-known that the PL and PN have pending payments running into millions of euros, and it is known to be an abusive practice used by these parties to finance their operations. 

Members of parliament representing ADPD would oversee that these measures would be introduced in the next legislature.  

Politics has been turned into a spectacle instead of a discussion of ideas. It has been rendered into an auction instead of a politics of vision based on principles. The other parties are negotiating deals with strong lobbies behind our backs, so that it will remain business-as-usual for these lobbies after the election. So if you want to see politics being done seriously, stand up on your two feet, vote ADPD next Saturday, concluded Caruana.

Party spokesperson and candidate for the second and eighth districts Mario Mallia reiterated the need for the various measures that ADPD has long spoken about to increase transparency and accountability in public life, and to put an end to stories of unsavoury dealings and worse for once and for all, which we have unfortunately become desensitized to.   Members of Parliament should dedicate their time to parliamentary matters and therefore avoid any conflict of interest between parliamentary responsibilities and professional, business, or work duties.  In addition, parliamentary members should not be appointed to authoritative boards that may conflict with their role as government officials. 

For years, we have demanded the regulation of lobbying, which in itself is not a bad thing because it allows for the exchange of ideas and proposals.  However, there should be transparency in the way this is done.  That is why ADPD has been proposing to have the minutes of meetings conducted on proposals to shed light on the process by which decisions have been taken, and therefore eliminate any suspicions that these decisions are being taken to accommodate the few at the cost of the common interest. 

Distance should be kept between the world of business and public administration at all times, including the regulation of public administrators in a regulatory capacity who join the private sector, known as revolving door employment; we also propose a cooling-off period when people leave their private sector jobs to take up a public role in the very sector they were previously employed in.

In the end, there is a need to end the foot-dragging on the declaration of assets of members of parliament and ministers.  It is not an issue of one declaration of many, but what is certain is that there should be no room for the accumulation of wealth in the name of spouses.  Everything should be declared, just like the community of acquests, as it used to be a while ago. 

Members of parliament representing ADPD would see to the introduction of such measures in the next legislature.  So if you want to see some serious politics in our country, stand up on your own two feet and vote ADPD next Saturday, concluded Mallia. 

ADPD Chairperson and candidate for the sixth and twelfth districts Sandra Gauci said that the party has candidates in all districts, and I humbly ask you to trust them with your vote.  Each and every one of these candidates believes in the fundamental principles of a green vision for our country.  Altruism, a need for social justice, and to have a more just society in which everybody has the same opportunity to achieve, all bring us together and give us hope to fight injustice.  We were always the voice of the citizens when you were forgotten for years, unlike others who suddenly remembered you on the eve of an election. 

We have fought for a clean sea, for public spaces to remain public, through protests as well, supporting our citizens’ endeavours.  We have always asked for more enforcement on causes that are dear to our citizens, such as rampant abuse in the construction sector, excessive noise, air pollution, and waste management.  We have been vocal about overtourism, which is eroding our quality of life.  We believe that the word sustainability should be at the core of tourism, and we should no longer use numbers as our only measure.  The takeover of public land for development was always our priority, and we have always been there because we believe that citizens have a right to open spaces for their recreation.   

If you feel that you are ignored because you do not have friends in high places or enough money, ADPD is your natural choice.  We believe wholeheartedly in social justice, and for everybody to be treated equally, paid equally for the same work, and have access to the same opportunities.  Having a green voice in parliament guarantees all this.  We are at the service of the country for all, together. 

Parliamentary members in the name of ADPD will see that these measures are passed in the next legislature.  So next Saturday, if you want to see serious politics working for our country, vote ADPD, concluded Gauci.

***

Il-kandidati u l-manifest/Candidates and manifesto: www.ahdar.green

FacebookEmail