L-aħħar proposti dwar l-enerġija u d-deċiżjonijiet li ħerġin kemm mill-Partit Nazzjonalista (PN) kif ukoll mill-gvern Laburista juru kif it-tnejn li huma għadhom marbuta mat-tniġġis, ibħra maħmuġin u strateġiji dwar l-enerġija skaduti.
Id-Deputat Chairperson ta’ ADPD-The Green Party u kandidat fuq is-seba’ u l-ħdax-il distrett Carmel Cacopardo qal li “lbieraħ, Alex Borg u l-PN ipproponew dak li ma tista’ ssejjaħlu xejn ħlief pompa tal-petrol enormi f’nofs il-Mediterran. Hub ta’ fjuwil li jiswa madwar €450 miljun Ewro viċin ta’ Hurds Bank bil-għan li jaqdi lill-vapuri li jgħaddu minn hemm. Fl-istess ħin, il-gvern ta’ Robert Abela għadu kemm ta liċenzja lill-kumpanija ġganteska taż-żejt, Chevron sabiex iwettqu tfittxijiet għaż-żejt u l-gass fl-ibħra Maltin. Dawn l-iżviluppi alleanza inkwetanti bejn il-PL u l-PN li hija maqtugħa għal kollox mir-realtà ambjentali tal-lum. Juru kif id-diskors tagħhom dwar l-ambjent u enerġija nadifa huwa biss faċċata.”
Fl-2026, l-”ambjent” żgur li ma jfissirx it-tkabbir tal-infrastruttura tal-fjuwils fossili, jew ġennati bil-fjuwils fossili li se jkomplu jniġġsu l-ibħra tagħna. L-”ambjent” ifisser li naġixxu dwar it-tibdil tal-klima b’urġenza u b’serjetà. Minkejja dan, jidher li kemm il PL, kif ukoll il-PN li m’għandhomx ħila, jew ħeġġa li jifhmu dan il-fatt sempliċi. Minflok, qegħdin imexxu proġetti li jżidu r-riskju ta’ tniġġis tal-baħar tagħna u jħalluna niddependu fuq fjuwils fossili għal għexieren ta’ snin. Għalihom “ambjent’ għadu jfisser xi fjura f’roundabout. S’hemm jaslu.
Għal ADPD – The Green Party, din hi alleanza ta’ ipokrezija u irresponsabbilità. Il-PL u l-PN jgħidu li jħaddnu l-prinċipji tas-sostennibilità imma fl-istess waqt iħarsu l-interessi tal-industrija tal-fjuwils fossili aktar mill-interessi taċ-ċittadini Maltin u tal-ġenerazjonijiet futuri. Proposti ta’ ċentri ta’ bunkering u tiftix għaż-żejt mhumiex strateġiji b’viżoni fit-tul. Huma relikwi tal-imgħoddi li l-kumplament tad-dinja qegħda tfittex li tinħeles minnhom.
Ma tistax ma tinnotax ukoll kif b’mod daqshekk prevedibbli, t-tfittxija għaż-żejt dejjem tibda tissemma ftit qabel l-elezzjonijiet. Din hi tattika skaduta li baqgħet tintuża biex timpressjona lil min jimpressjona ruħu malajr, b’wegħdiet fierħa li nsiru lkoll sinjuri mil-lum għal għada bla ma nqisu l-impatt li dan iħalli fuq l-ambjent, l-ekonomija u s-soċjetà. Tassew strateġija patetika.
Iż-żewġ partiti jipprovaw jitimgħuna r-ross bil-labra, meta taparsi jipprovdu viżjonijiet alternattivi imma fir-realtà, iħaddnu l-istess aġenda skaduta. Li noħolqu pompa tal-petrol f’nofs ta’ baħar u noħolmu bit-tħaffir għaż-żejt fil-Mediterran mhumiex sinjali ta’ tmexxija serja. Turi biss ikompetenza, moħbija wara tlellix, ġlekkijiet u ingravajjet, u pożi..
ADPD-The Green Party jisħaq li Malta għandha ssaħħaħ l-enerġija rinnovabbli, teknoloġija ħadra (green tech) u t-tisħiħ tal-ambjent u l-kwalità tal-ħajja. Hemm lok għal ħafna impjiegi f’dawn l-oqsma. Hemm bżonn li nieħdu l-ħidma kontra t-tibdil fil-klima u tniġġis bis-serjeta’. Il-PL u PN iridu tniġġis qawwi, ibħra maħmuġin u industriji li żmienhom ilu li għadda.
***
Retrograde and backwards – PL and PN wedded to pollution
The latest energy proposals and decisions emerging from both the Nationalist Party (PN) and the Labour government show that both are wedded to pollution, dirty seas, and backward and expired energy and industrial policies.
ADPD-The Green Party Deputy Chairperson and candidate on districts 7 and 11, Carmel Cacopardo said that “yesterday Alex Borg and PN proposed what can only be described as a massive petrol station in the middle of the Mediterranean – a €450 million offshore fuel hub near Hurd’s Bank aimed at servicing passing vessels. At the same time, Robert Abela’s government has granted a licence to oil giant Chevron to carry out oil and gas exploration studies in Maltese waters . These developments expose a troubling bipartisan consensus that is completely detached from today’s environmental realities. It shows how their environmental and talk about clean energy is just a facade.”
In 2026, ‘environment’ does not mean expanding fossil fuel infrastructure or gambling on hydrocarbons that will further pollute our seas. It means tackling climate change with urgency and seriousness. Yet both PL and PN appear either unwilling or incapable of understanding this basic fact. Instead, they are promoting projects that risk increased marine pollution and lock Malta into decades of fossil fuel dependency. For them ‘environment’ means a couple of flowers in a roundabout. That’s the extent of their ‘vision’.
ADPD-The Green Party considers this behaviour hypocritical and irresponsible. While PL and PN pay lip service to sustainability, their actions clearly prioritise the interests of the fossil fuel industry over the wellbeing of Maltese citizens and future generations. Proposals for offshore bunkering hubs and oil exploration are not forward-looking policies, they are relics of a past that the rest of the world is striving to leave behind.
It is particularly telling that, like clockwork, talk of oil exploration resurfaces before elections. This tired tactic is repeatedly used to impress the impressionable, offering illusions of quick wealth while ignoring the environmental, economic, and social costs. It is, quite frankly, pathetic.
Malta deserves better than being taken for a ride by two parties that present themselves as alternatives while pushing fundamentally the same outdated agenda. Building what amounts to a petrol station at sea and flirting with oil drilling in the Mediterranean is not leadership—it is incompetence dressed up as policy.
ADPD-The Green Party reiterates that Malta’s future lies in renewable energy, green tech, environmental protection, and a genuine commitment to climate action. There are loads of career opportunities in these sectors. PL and PN want pollution on a massive scale, dirty seas and out-of-date industries.

