ilkoll.

F’demokrazija li taħdem, il-parteċipazzjoni ma tiġix msarrfa f’vot kull 4 jew 5 snin. Tinkludi l-użu ta’ spazji li permezz tagħhom, leħinna nsemmugħ.  Dawn l-ispazji ssawru mis-soċjetà ċivili, individwi u partiti politiċi fosthom ADPD-The Green Party, sabiex il-leħen kollettiv jinstema’.  Jekk tħares lejn dawn l-ispazji, issib li kienu karba, waħda wara l-oħra, biex l-interessi dojoq tal-ipprivileġġjati, ta’ min isib it-triq mifruxa għax jilgħaq il-poter, jitwessgħu biex jinkludu l-interessi komuni.

ilkoll.

Li l-figuri tal-GDP jidhru għolja mhux biżżejjed.  Li ndawru rota ekonomika li tħares sa mneħirha tfallina.  Li l-ġid iġġenerat jibqa’ kkakkmat f’idejn il-ftit, inġustizzja. Li niġu nitmejlu mill-pajjiż li se nħallu lit-tfal tagħna, dnub liema bħalu. 

ilkoll.

Tul ħidma ta’ 5 snin, ADPD-The Green Party semmgħet leħinha kontinwament fuq il-bżonn li l-ġid iġġenerat jinqasam b’mod ekwu. Li d-deċiżjonijiet ekonomiċi ma jħarsux biss lejn l-immedjat, imma lejn il-futur ukoll. Li r-riżors uman nazzjonali jintuża kollu, mhux nofsu skont min ikun hemm fil-gvern.  Li d-deċizjonijiet fuq l-ippjanar jikkunsidraw il-ġid komunitarju mhux il-ferneżija tal-profitt.  Li l-vot tagħna jkun jgħodd bl-istess mod u mhux inqas minn ta’ min idaħħal lill-partiti fil-parlament fil-but. Li ż-żgħażagħ tagħna jkollhom id-dritt għal saqaf fuq rashom daqs hemm għandu ħaddieħor.  

Proposti.  Ħafna proposti.

ilkoll. 

Komunità. Koperazzjoni. Ekologija. Sostenibiltà.

Tul il-kampanja elettorali, se nagħmlu minn kollox biex dan il-messaġġ inwassluh. 

Tixtieq tgħin? Ikkuntattjana. 

iIkoll.

Inkomplu. Ħalli l-messaġġ jasal!

FacebookEmail