Talba għal investigazzjoni ta’ allegazzjonijiet serji ta’ nepotiżmu fil-Ministeru għas-Saħħa

Illum, id-Deputat Chairperson ta’ ADPD-The Green Party Carmel Cacopardo għamel talba formali lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jinvestiga allegazzjonijiet serji ta’ nepotiżmu fl-ingaġġ ta’ impjegati mal-Ministeru għas-Saħħa. It-talba li saret permezz ta’ email hija riprodotta hawn taħt.

***

Sur Kummissarju,

Niġbed l-attenzjoni tiegħek għall-artiklu ppubblikat iktar kmieni illum f’The Shift News dwar allegazzjonijiet serji ta’ nepotiżmu fl-ingaġġ ta’ impjegati mal-Ministeru għas-Saħħa.

L-artiklu relevanti ssibu hawn: Fresh allegations of nepotism emerge in health ministry appointments – The Shift News (https://theshiftnews.com/2025/08/07/fresh-allegations-of-nepotism-emerge-in-health-ministry-appointments/)

Filwaqt li niġbed l-attenzjoni tiegħek għal dan nitolbok tinvestiga r-responsabbiltà tal-Ministru għas-Saħħa Jo Etienne Abela għal dan l-aġir tal-Ministeru li hu jmexxi u l-kunflitt ta’ dan l-aġir mal-Kodiċi tal-Etika li jirregola l-imġiba tal-istess Ministru.

Carmel Cacopardo
Deputat Chairperson – ADPD – The Green Party

FacebookEmail