Il-ħatra ta’ Johann Buttigieg ma tirrispettax il-prinċipji bażiċi tal-etika

Qed nirrilaxxjaw ir-rapport tal-Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika dwar ilment sottomess dwar il-ħatra ta’ Johann Buttigieg bħala Chairperson Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Id-Deputat Chairperson ta’ ADPD-The Green Party Carmel Cacopardo li ressaq it-talba għal investigazzjoni f’isem il-partit qal:”Ma naqblux mal-konklużjoni tal-Kummissarju għax hu manifest b’mod ċar li l-ħatra ta’ Johann Buttigieg ma saritx b’mod li tirrispetta l-prinċipji bażiċi etiċi anke kif speċifikat fl-artiklu 13(2) tal-Att dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika.”

“Hu tajjeb iżda li l-Kummissarju jiġbed l-attenzjoni li l-Uffiċċju tiegħu ilu jinsisti biex il-Kodiċi tal-Etika jkun iktar ċar. Jagħmilha wkoll ċara li l-proposti li saru mill-Uffiċċju tal-Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika issa ilhom ħames snin fuq l-ixkaffa.”

Id-deċiżjoni sħiħa [PDF]

FacebookEmail