Tliet kandidati għall-Parlament Ewropew

L-Eżekuttiv ta’ Alternattiva Demokratika approva tliet kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ Mejju 2019. Ralph Cassar, Segretarju Ġenerali qal: “Għandna tliet kandidati b’esperjenza, li jirriflettu l-prinċipji ta’ AD u tal-Partit tal-Ħodor Ewropew: politika li tiffoka fuq in-nies u mhux fuq l-interessi tal-korporazzjonijiet; politika favur Ewropa soċjali li tħares u ttejjeb il-kwalita’ tal-ħajja tan-nies u f’ambjent b’saħħtu u ekonomija li taqdi l-bżonnijiet reali tan-nies u mhux tal-korporazzjonijiet. Vot għal Alternattiva Demokratika hu messaġġ b’saħħtu favur il-konsistenza, is-serjeta’ u politika nadifa. Huwa vot ta’ prinċipju u mhux ta’ konvenjenza. Huwa vot kontra l-ħabi, vot kontra l-politika tal-ħbieb tal-ħbieb.  Mhux eskluż li jkun hemm kandidati addizzjonali.”

Mina Tolu, attivista LGBTQI, favur id-drittijiet  taż-żgħażagħ u n-nisa f’Malta u fuq livell internazzjonali tul dawn l-ahhar 8 snin. Mina temmen li l-politiċi ekologisti jaħdmu verament għal ekonomija li tirrispetta lin-nies, għal kwalita’ ta’ ħajja aħjar u għal dinja ahjar. Temmen li l-politika m’ghandhiex tibqa’ ostaġġ ta’ interessi kbar u tal-korporazzjonijiet multinazzjonali. Mina gradwat fil-komunikazzjoni.

Carmel Cacopardo, Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika mill-2017. Perit. Gradwat mill-Universitajiet ta’ Malta u ta’ Staffordshire fir-Renju Unit. Miżżewweg lil Miriam u missier ta’ żewġt ulied, Martina u Dario. Awtur tal-ktieb ‘Time for Radical Change. The Introduction of Eco-taxation in Malta’. 

Arnold Cassola, ko-fundatur ta’  Alternattiva Demokratika (1989), kien elett Segretarju Ġenerali tal-European Green Party (1999-2006) u Deputat fil-Parlament Taljan (2006-2008). Bħala akkademiku rkupra f’Ruma l-eqdem dizzjunarju tal-ilsien Malti (seklu 17), f’Istanbul il-manuskritti Ottomani dwar l-Assedju ta’ Malta (1565), f’Madrid l-epika La Maltea (1582) dwar l-Assedju ta’ Malta, u f’Ateni l-kollezzjoni estensiva ta’ Melitensia ta’ Joannes Gennadius.

***

Three candidates for the European Parliament elections

Alternattiva Demokratika – The Green Party’s Executive has approved three candidates the European Parliament elections which will be held in May 2019. Ralph Cassar, Secretary General said: “We have three experienced candidates, reflecting the principles of AD and of the European Green Party. Our principles and policies focus on people and not on the interests of corporations. We are for a social Europe, for policies which protect and improve people’s quality of life. For a healthy environment and an economy which serves people rather than a neoliberal laissez-faire economy where strong interests prevail over the common good. A Green vote is a strong message in favor of consistency, effective and serious policies and clean politics. It is a vote of principle, not a vote of convenience. It is a vote against the friends of friends mentality, in favour of transparency and accountability. It is not excluded that more candidates join the party’s list.”

Mina Tolu is a 27-year-old LGBTQI, activist who has contributed to campaigns for LGBTQI, women, and youth rights for the past 8 years in Malta and internationally. Mina believes that only by electing green politicians can we ensure a future in which our economy, our quality of life, and our planet will no longer be held hostage by big corporations that put profit before people. Mina is a B. Communications graduate.

Carmel Cacopardo, AD Chairperson since 2017. Architect. A graduate of the University of Malta and the University of Staffordshire in the UK. Married to Mirian and father of Martina and Dario. Author of the book ‘Time for Radical Change. The Introduction of Eco-taxation in Malta’.  

Arnold Cassola, co-founder of Alternattiva Demokratika (1989), was elected Secretary General of the European Green Party (1999-2006) and Member of the Italian Parliament (2006-2008). As an academic he recovered in Rome the earliest dictionary of the Maltese language (17th century), in Istanbul the Ottoman manuscripts on the Siege of Malta (1565), in Madrid the epic poem La Maltea (1582) about the Great Siege and in Athens the extensive Melitensia collection belonging to Joannes Gennadius.  

FacebookEmail