The Prime Minister has no authority to brush off illegalities

Two months have already passed since the Auditor General’s report on MP Rosianne Cutajar’s fictitious work at ITS was issued. In a normal country, the rule of law would have meant that the necessary legal steps would already have been taken against various persons involved in this fraud. So far nothing has happened. The Prime Minister seems to be trying to absolve as quickly as possible those who committed illegalities including corruption and fraud. He is trying to brush away fraud, bad governance and corruption under the carpet.

Today we, Sandra Gauci as ADPD Chairperson and Ralph Cassar as ADPD Secretary General, to deliver a denunciation to Commissioner Angelo Gafa and to the Attorney General. After two months of inactivity from the publication of the report, these have not taken any action. How can one explain that when a report from the Auditor General is clear and shows that there are serious illegalities on which immediate action should have been take? Is the law a dead letter? Why all this delay? Time is up!

The text of the denunciation is annexed.

***

L-illegalitajiet ma jaħfirhomx il-Prim Ministru

Diġà għaddew xahrejn minn mindu ħareġ ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar ix-xogħol fittizju tal-Membru Parlamentari Rosianne Cutajar fl-ITS. Minn dan ir-rapport ħarġu bosta konklużjonijiet li f’pajjiż ċivili normali u bis-saltna tad-dritt, jkunu diġà ittieħdu l-passi legali meħtieġa kontra diversi persuni involuti fi frodi. Imma sa issa qisu qatt ma ġara xejn. Mhux talli hekk talli, donnu l-Prim Ministru qiegħed jipprova jnessi malajr kemm jista’ jkun kull illegalità li seħħet u jibqa’ għaddej fil-proċess ta’ rijabilitazzjoni ta’ nies bħal Cutajar u mhux biss.

Illum qegħdin hawn, Sandra Gauci bħala Chairperson u Ralph Cassar bħala Segretarju Ġenerali biex bħala ADPD inwasslu d-denunzja lill-Kummissarju Angelo Gafa u lill-Avukat Ġenerali biex wara xahrejn
ta’ inattività mill-pubblikazzjoni tar-rapport inkomplu nagħmlulhom pressjoni biex jieħdu azzjoni. Ma nistgħux nifhmu kif meta għandek rapport fejn kollox huwa spjegat u li hemm illegalitajiet serji li suppost kien hemm azzjoni immedjata, irridu noqgħodu nagħmlu pressjoni. Il-liġi għal min qiegħda? X’qiegħed jistenna eżatt? M’hemmx aktar ħin x’jinħela u huwa għalhekk li qegħdin hawn.

Hawn anness it-test tad-denunzja.

FacebookEmail