Alternattiva Demokratika Chairperson, Prof. Arnold Cassola, said: “Alternattiva Demokratika elected councillors will work in the Council to ensure that we have more investment for cultural activities and in public libraries, for the protection of open spaces, with better accessibilty for the elderly, persons with disabilities and parents with young children. Increasing road spaces for cyclists and improving facilities for pedestrians should be a top priority for our councillors in Local Councils”.
Alternattiva Demokratika Candidate for Qormi, Henrik Piski, said: “If elected, I will work to increase the sense of community and cooperate with local organizations in organizing cultural activities, educational and sports events. Publications and informational signs concerning places of historical should be updated and set up for the benefit of locals and tourists alike…”
“I will work for more native trees to be planted, in particular along roads with traffic like Triq il-Vittorja ; to increase the areas reserved for people through pedestrianalisation; to increase the number of bicycle racks around Ħal Qormi. I will also work to improve the quality of air in Qormi in addressing the modernisation of ovens of local bakeries and the raising of its chimneys. I will lobby to stop unfettered construction in our town”.
—
Iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, Prof. Arnold Cassola, qal: “Il-kunsilliera eletti f’isem Alternattiva Demokratika jkunu qeghdin jaħdmu fil-Kunsill biex jiżguraw li jkollna aktar investiment f’attivitajiet kulturali u għal-libreriji pubbliċi, għall-protezzjoni ta’ spazji miftuħa, b’aċċessibilita’ aħjar għall-anzjani, persuni b’diżabilita’ u ġenituri ta’ tfal zgħar. Iż-żieda ta’ spazji fit-toroq għaċ-ċiklisti u faċilitajiet aħjar għan-nies għandha tkun l-ewwel prijorita’ għall-kunsilliera tagħna fil-Kunsilli Lokali”.
Il-kandidat ta’ Alternattiva Demokratika għal Ħal Qormi, Henrik Piski, qal: “Jekk inkun elett, se naħdem biex jiżdied is-sens ta’ komunita’ u nikkopera ma’ għaqdiet tal-lokal fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet kulturali, attivitajiet edukattivi u sportivi. Jeħtieġ li jkunu nkoraġġiti pubblikazzjonijiet u sinjali informattivi dwar postijiet storiċi, kemm għall-benefiċċju tan-nies tal-lokal kif ukoll tat-turisti.”
“Se nkun qed naħdem biex jitħawwlu iktar siġar indiġeni, b’mod speċjali matul toroq traffikuzi bħal Triq il-Vittorja ; biex jiżdiedu l-inħawi reservati għan-nies permezz tal-pedestrijanizzazzjoni; biex jiżdiedu l-passaġġi għaċ-ċiklisti madwar Ħal Qormi. Naħdem ukoll biex titjieb il-kwalita’ tal-arja f’Ħal Qormi billi nindirizzaw il-modernizzazzjoni tal-ifran fil-lokal u l-problema taċ-ċmieni fil-baxx. Naħdem ukoll biex titwaqqaf il-kostruzzjoni sfrenata fil-Belt taghna”.