Sports facilities accessible to all

Dr Claire Azzopardi Lane
Dr Claire Azzopardi Lane

Speaking at the National Sport Conference held this Saturday, Alternattiva Demokratika’s spokesperson on Disability Issues and Sport, Dr. Clare Azzopardi Lane, stated the importance of sports being accessible to all.

Dr. Azzopardi said: “Physical education teachers need to be trained in areas like sports for people with disability as they will be working in inclusive schools. The importance of training sport coaches specifically as coaches for people with disability is nowadays also a requirement.”

Concentrating on environmental issues, AD’s spokesperson said that cycling should be given more importance and support, and road safety and education campaigns should be ongoing. AD also believes the sport facilities should gradually be converted into using renewable energy and new facilities should be built in a sustainable manner.

Alternattiva Demokratika Chairperson, Prof Arnold Cassola, said: “Sports as a formative exercise in health and character is a must for our country. A healthier population through sports will eventually contribute to the formation of athletes who will excel and make our country proud in international competitions.”


Waqt il-Konferenza Nazzjonali tal-isport li saret is-Sibt, il-kelliema ta’ Alternattiva Demokratika għad-diżabilita` u sport, Dr. Azzopardi Lane, saħqet dwar l-importanza li l-isport ikun aċċessibbli għal kulħadd.

Dr. Azzopardi Lane qalet: “Għalliema tal-PE jeħtieġ li jkunu mħarrġa f’oqsma bħal sport għal persuni b’diżabilita` peress li se jkunu qed jaħdmu fi skejjel inklussivi. L-importanza li jiġu mħarrġa kowċijiet tal-isport speċifikament bħala kowċijiet għal persuni b’diżabilita` illum il-ġurnata saret rikjesta bażika..

B’emfasi fuq kwistjonijet ambjentali, il-kelliema ta’ AD qalet li ċ-ċikliżmu għandu jingħata iktar importanza u appoġġ, u kampanji edukattivi dwar is-sigurta` fit-toroq iridu jkunu kontinwi. AD temmen ukoll li faċilitajiet għall-isport għandhom bil-mod il-mod jaqilbu għall-użu tal-enerġija alternattiva li tiġġedded u faċilitajiet ġodda jeħtieġ li jinbnew b’mod sostenibbli..

Iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, Prof Arnold Cassola, qal: “L-isport bħala eżerċizzju li jifforma l-karattru u jtejjeb is-saħħa huwa bżonn bażiku f’pajjiżna. Poplu aktar b’saħħtu permezz tal-isport eventwalment se jikkontribwixxi għall-formazzjoni ta’ atleti li jispikkaw u li jagħmlu ġieħ lil pajjiżna f’kompetizzjonijiet internazzjonali.”

FacebookEmail