Illum delegazzjoni minn Alternattiva Demokratika, magħmula mic-Chairperson Carmel Cacopardo, id-Deputat Chairperson Mario Mallia u s-Segretarju Ġenerali Ralph Cassar, iltaqgħet mal-Ministru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali Dr Michael Falzon biex tippreżentalu l-fehma ta’ Alternattiva Demokratika dwar l-abbozz tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv).
Id-dokument li ġie diskuss fid-dettall mal-Ministru Falzon huwa anness.