L-iskema ta’ xandiriet politici ghall-elezzjoni proposta minn l-Awtorita’ tax-Xandir hija maghmula biex isservi l-interessi tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista, qal Ralph Cassar, Segretarju Generali ta’ Alternattiva Demokratika.
Kuntrarju ghal elezzjonijiet ricenti, Alternattiva Demokratika qed tinzamm barra mid-dibattiti mal-PL u l-PN u anke minn xandira fit-tmiem tal-kampanja elettorali. Minkejja li fil-passat l-Awtorita’ fehmet u tejbet l-allokazzjoni tal-hin ta’ xandiriet ghax tat kaz tal-fatt li AD hija zvantaggjata fil-mezzi tax-xandir, issa morna mura ghal tqassim fil-hin ta’ xandiriet politici l-izjed primittiv.
Alternattiva Demokratika tesigi li l-Awtorita’ tax-Xandir taghti spazju lill-AD. Tistenna ukoll li l-Awtorita’ tax-Xandir permezz tal-PBS tirristawra l-izbilanc mahluq mill istazzjonijiet politici tal-PL u tal-PN li jxandru propaganda elettorali b’mod kontinwu.