
Waqt konferenza stampa qabel attivita socjali fil-Qawra, ic-Chairperson ta’ AD Michael Briguglio, qal: “Huwa ta’ pjacir ghalija li nkun ic-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika – The Green Party f’din il-kampanja elettorali. Il-kampanja taghna hija bbazata fuq tliet snin ta’ xoghol iebes biex ikollna manifest komprensiv, wara hafna laqghat mas-socjeta civili, u li naghmlu l-almu taghna biex insemmghu il-vuci taghna fil-pubbliku. Il-kandidati tal-AD qed juru li l-politika tista’ tkun ibbazata fuq politika cara u fuq il-principji, aktar milli gimmicks, il-politika tas-supermarkets, tfiegh ta’ tajn u spin. Maghna taf fejn int”.
“Nappella lil dawk il-votanti li jridu jipprotestaw kontra s-sistema billi ma jivvotawx biex minflok ikunu parti mill-istorja billi jigbru d-dokument tal-votazzjoni taghhom u jivvutaw lil Alternattiva Demokratika. Din id-darba, il-vuci tal-votanti dizulluzi tista’ taghmel differenza. Dan huwa ferm aktar effettiv milli noqoghdu d-dar u nhallu kollox kif inhu. 2000 votant f’ distrett jistghu jiktbu l-istorja bl-elezzjoni tat-tielet partit fil-parlament. Fuq il-karta tal-vot, il-votanti jistghu jivvutaw AD u jkomplu fuq kandidati ohra preferiti taghhom anke ta’ partiti politici ohra .”
Silvan Agius, Kandidat tal-AD fuq is-6 u l-12-il distrett qal: “L-elezzjoni ta’ AD fil-parlament tfisser qabza kbira ‘l quddiem fil-maturita’ tal-pajjiz. L-elezzjoni ta’ AD tizgura li Malta thalli waraja l-pika, l-politika partiggjana u l-firda bla bzonn bejn il-poplu Malti, u pass kbir ‘il quddiem lejn demokrazija moderna, pluralista u Ewropea. Din hija l-qabza ‘l quddiem li bhala poplu ma ghandnhiex nitilfu.”

