Id-Deputat Chairperson Sandra Gauci, is-Segretarju Internazzjonali Mina Tolu u s-Segretarju Ġenerali Dr Ralph Cassar, kollha kandidati ta’ ADPD – The Green Party għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, illum iddepożitaw ir-risposta tagħhom għal-libell ta’ Ivan Grech Mintoff.
It-tlett esponenti ta’ ADPD – The Green Party reġgħu tennew li l-partit se jkompli jaħdem għal soċjetà ġusta b’rispett għad-diversità u l-pluraliżmu.
Ir-risposta annessa hija ffirmata mill-avukati Avv. Therese Comodini Cachia, Avv. Emma Portelli Bonnici u Avv. Désirée Attard.