Salvini x’aktarx jieħu azzjoni dwar il-migrazzjoni, Malta għandha tfittex alleati ġodda fl-UE

“Fid-dawl tal-formazzjoni tal-gvern Taljan il-ġdid magħmul minn Lega u Movimento Cinque Stelle fl-Italja, il-konsegwenzi għal Malta jistgħu jkunu verament serji. Gvernijiet populisti nazzjonalisti li mhux interessati jikkoperaw u jiddiskutu mal-girien tagħhom, inkluz ma’ Malta, minflok isolvu l-isfidi li niffaċċjaw jispiċċaw jaggravaw is-sitwazzjoni. Malta u l-Italja, bħala pajjiżi ħbieb u membri tal-UE għandhom jiffaċċjaw l-isfidi flimkien”, qal iċ-Chairperson ta’ AD, Carmel Cacopardo.

“Matteo Salvini, tal-Lega li issa huwa Deputat Prim Ministru qal kemm ‘il darba li bi ħsiebu jagħfas fuq l-immigrazzjoni, mingħajr ma jiddiskuti ma’ ħadd. Jekk l-Italja se tibda tagħlaq il-fruntieri tagħha unilateralment għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi, Malta tista’ tiffaċċja influss kbir ta’ migranti li qabel kienu jipiċċaw l-Italja. Matteo Salvini, appoġġjat ukoll mill-populist ‘demokristjan’ Silvio Berlusconi f’din il-kwistjoni, wiegħed li jwaqqaf il-ftehim “informali” bejn Joseph Muscat u Matteo Renzi li bħala riżultat tiegħu ghal perjodu twil ma wasslux immigranti f’Malta.”

“L-NGOs Maltin ilhom jenfasizzaw li ċ-ċentri ghall-immigranti f’Hal-Safi u Hal Far ġew traskurati matul is-snin li għaddew. Għalhekk Alternattiva Demokratika qed tistaqsi lill-Prim Ministru Malti u lill-Ministru tal-Intern Michael Farrugia b’liema mod qed iħejju biex jimmaniġġjaw iż-żieda possibbli fl-influss ta’ immigranti minn pajjiżi terzi matul ix-xhur li gejjin. Fuq kollox il-gvern Malti għandu jfittex alleati godda fl-UE sabiex l-Istati Membri kollha jiffaċċjaw dawn l-isfidi flimkien, iżidu l-inizjattivi biex jgħinu lill-pajjiżi sotto-żviluppati biex jibnu u jiżviluppaw ekonomiji sostenibbli kif ukoll biex l-UE tiżviluppa politika komuni raġonevoli dwar il-migrazzjoni, li tkun ibbażata fuq is-solidarjeta u l-koperazzjoni.”

***

Italy’s Salvini may act unilaterally on migration, Malta needs EU allies

“In view of the formation of the new Italian government made up of Lega and Movimento Cinque Stelle in nearby Italy, the consequences for Malta could be really serious. Populist nationalists in government who are not interested in cooperating and discussing difficult challenges and issues with neighbouring countries, including with Malta will exacerbate the challenges countries, especially EU member states and long time friends, Malta and Italy, should face together”, said AD Chairperson Carmel Cacopardo.

“Populist far-right nationalist Lega’s Matteo Salvini and now Deputy Prime Minister, has openly declared that he will be tightening up immigration laws. He has pledged, amongst other issues, to reduce sea arrivals and increase expulsions, and Salvini doesn’t care if Malta ends up bearing the brunt of his policies. He is not interested in a common policy or in discussions on this complex issue.” “If Italy starts closing its borders to third country citizens, Malta could witness a huge influx of migrants previously going to Italy. Matteo Salvini, also backed by populist ‘christian democrat’ Silvio Berlusconi on this issue, has pledged to tear to shreds the “informal” agreement that Joseph Muscat and Matteo Renzi had drawn up as a result of which we have not witnessed any arrival of immigrants in Malta over a long period of time.”

“Maltese NGOs have been pointing out that the reception centres in Safi and Hal Far have been progressively downsized and neglected during the past years. Alternattiva Demokratika is therefore asking the Maltese Prime Minister and Minister of Internal Affairs Michael Farrugia in what way are they preparing to handle this possible increase in the influx of third country citizens at a time when the Spring-Summer season will encourage even more people to take the risk in crossing the Mediterranean. Above all the Maltese government should insist and seek out new allies in the EU so that all member states face these challenges together, increase initiatives to help former colonies develop sustainable economies and develop a humane and reasonable common policy on migration based on true cooperation and solidarity.”

FacebookEmail