Proposti dwar ix-xogħol

Waqt laqgha mal-General Workers Union, Alternattiva Demokratika – The Green Party giet ipprezentata bil-proposti elettorali tal-GWU. AD tenniet is-sejha taghha ghal ekonomija hadra ibbazata fuq zvilupp sostenibbli u gustizzja socjali. Id-delegazzjoni ta’ AD li kienet immexxija mic-Chairperson Michael Briguglio, kienet maghmula mis-Segretarju Generali Ralph Cassar, id-Deputat Segretarju Generali Angele Deguara u s-Segretarju Internazzjonali Arnold Cassola.

Angele Deguara, il-kelliema ta’ AD ghall-Politika Socjali u Drittijiet Civili, qalet: “Id-drittijiet tal-haddiema huma prijorita ewlenija ghal AD. Dan sar aktar pertinenti llum il-gurnata f’dawn iz-zminijiet ta’ krizi ekonomika u zieda fix-xoghol prekarju. Filwaqt li f’Malta il-qaghad forsi mhux ikkunsidrat bhala problema serja, hemm hafna haddiema li, ghalkemm ghandhom xoghol, m’ghandhomx kundizzjonijiet ta’ xoghol dicenti. Dawn jinkludu kategoriji diversi ta’ haddiema manwali, haddiema impjegati b’kuntratti definiti, haddiema kazwali u part-time, immigranti u haddiema li jigu mgieghla jirregistraw bhala self-employed biex ma jinghatawx il-beneficcji u haddiema li ma jithallewx jissiehbu f’unjin. Ahna nemmnu li anke dawk li jiffurmaw parti mill-forzi armati, mill-korp tal-pulizija, ufficjali tad-detenzjoni, gwardjani tal-habs u dawk li jahdmu fil-protezzjoni civili ghandu jkollhom id-dritt li jissiehbu f’unjin anke jekk m’ghandux ikollhom id-dritt tal-istrajk”.

“Gruppi ohra bhal haddiema kbar fl-eta, persuni b’dizabilita, ex-priguniera u nisa bit-tfal ghadhom qed isibuha difficli li jidhlu fis-suq tax-xoghol. Hemm bzonn strutturi ahjar biex aktar haddiema jkunu jistghu jippartecipaw b’mod shih fid-dinja tax-xoghol u fl-istess hin ilahhqu mal-hajja personali u mar-responsabbiltajiet familjali li jkollhom. Il-politika ghandha timmira li kemm irgiel u kemm nisa jkunu jistghu jikkumbinaw iz-zewg attivitajiet biex kulhadd ikun jista’ jikkontribwixxi kemm fil-qasam tal-familja kif ukoll fil-hajja pubblika. Jehtieg ukoll aktar sforzi biex inkomplu nikkumbattu d-diskriminazzjoni kontra certi haddiema minhabba fatturi bhal dizabilita, orjentazzjoni sesswali, razza jew twemmin religjuz.”

Michael Briguglio, ic-Chairperson ta’ AD u kelliem ghall-Politika Ekonomika u l-Kultura, qal: “Minhabba r-riskji u l-inugwaljanzi li dejjem qeghdin jizdiedu fis-suq tax-xoghol, AD ghal darb’ohra qed issejjah ghal zieda fil-paga minima u ghal kalkolu realistiku tal-COLA (cost of living adjustment) biex dan verament ikun jirrifletti l-inflazzjoni ekonomika. Dan mhux biss itejjeb il-kwalita tal-hajja ta’ dawk li ma jaqilghux hafna flus u li huma l-aktar milqutin mill-krizi ekonomika, imma wkoll jista’ jwassal biex tizdied il-produttivita. AD tixtieq tara wkoll riforma gusta fil-pensjonijiet li tizgura mhux biss sostenibilita imma wkoll livell ta’ ghixien dicenti ghall-pensjonanti kollha.

“Bhala Green Party intennu wkoll is-sejha taghna biex Malta timxi lejn ekonomija iktar hadra. Meta AD tkun rapprezentata fil-parlament, zgur taghti priorita lill-Green New Deal, biex jinholqu green jobs f’oqsma bhas-servizzi, turizmu sostenibbli, immaniggjar tal-iskart, transport pubbliku u energija alternattiva”.

“Ma AD wiehed jaf fejn qieghed. Minflok noqoghdu nippropagaw ekonomija neo-liberali u nippruvaw nintoghgbu ma’ imprendituri kbar, bhal ma jaghmlu z-zewg partiti l-ohra, AD taghti priorita lill-ekonomija hadra ibbazata fuq gustizzja socjali u zvilupp sostenibbli”.

Waqt il-laqgha, AD ipprezentat kopji ta’ pubblikazzjoni tal-Green European Foundation u ta’ Fondazzjoni Ceratonia il-fergha kulturali ta’ AD dwar il-potenzjal ta’ green jobs f’Malta.

Kopji tal-pubblikazzjoni jistghu jinkisbu billi tibghat email lil: Ms. Nighat Urpani fuq ceratoniafoundation@gmail.com.

 

Links:

http://gef.eu/publication/green-jobs-from-a-small-state-perspective-case-studies-from-malta/

http://greennewdeal.eu/

FacebookEmail