
AD tosserva li l-Enemalta qed tinstalla smart meters f’postijiet illegali fejn diġa hemm provista tal-elettriku fl-Armier biex tassigura li kulħadd iħallas tal-elettriku li jikkonsma u ma jkunx hemm serq.
Ralph Cassar,kelliem ta’ AD dwar l-enerġija, t-trasport u l-infrastruttura qal:”Huwa ta’ għajb kif binjiet illegali fuq art pubblika kellhom u se jibqa’ jkollhom servizzi tal-enerġija provduti mill-istat. Filwaqt li huwa tajjeb li jiġi żgurat li ma jkunx hemm serq ta’ elettriku, l-elettriku missu qatt ma ngħata. Il-problema prinċipali fl-Armier u postijiet oħra huwa s-serq ta’ art pubblika. X’qed iżomm lill-Gvern milli jieħu passi biex ma jkunx hemm serq ta’ art? L-ewwel pass għandu jkun it-twaqqiegħ tal-boathouses
kollha li huma mibnija b’mod illegali.”
Iċ-Chairperson ta’ AD Arnold Cassola żied:”Dawk li jabbużaw jiġu premjati bil-proviżjoni tas-servizzi filwaqt li ċittadini oħra jiġu mċaħħda minn art pubblika . L-art pubblika għandha tkun ritornata lill-pubbliku.”