Gozo: objective zero waste, natural parks and traffic free town centres

AD_LC_David&Toni_FB Post6

Ic-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, il-Prof. Arnold Cassola pprezenta z-zewg kandidati ta’ AD ghal Ghawdex, David Camilleri kandidat fil-Qala u Toni Falzon, kandidat fuq in-Nadur.

Il-Prof. Cassola qal: “Il-kunsilliera ta’ AD eletti f’Ghawdex jahdmu biex it-trasparenza u l-kontabilita’ jsiru r-regola u mhux l-eccezzjoni fil-governanza Ghawdxija. Biex inharsu l-objettiv li Ghawdex jizviluppa bhala lokalita’ turistika bl-specificita’ partikolari taghha, nappoggaw l-strategija nazzjonali għall-iskart 2050, li qed timmira għal soċjeta’ li tipproduċi zero skart. Irridu naħdmu fil-qafas tal-“local waste management plan” li jitfassal ghal kull lokalita u jidentifika l-aħjar mod biex nimplimentaw l-istrateġija nazzjonali fil-Qala u fin-Nadur, inkluż proġett pilota ghar-riċiklaġġ tal-iskart tal-ikel u ta’ dak organiku”.

David Camilleri, il-kandidat ta’ AD fuq il-Qala, qal: “Ahna lesti nahdmu biex il-Kunsilli tal-Qala u tan-Nadur jikkollaboraw mal-MEPA biex fir-Ramla l-Hamra u fil-barriera abbandunata ta’ Hondoq ir-Rummien jitgawdew bhala park fejn it-tfal ikunu jistgħu jilagħbu bla ebda periklu fil-funtani ta’ ilma baħar, fid-dell tas-siġar.”

Ahna nipproponu li l-Kunsilli taghna jaħdmu flimkien mal-Awtoritajiet nazzjonali biex jinħolqu Parks Naturali fl-art pubblika maghrufa bħala “iz-Zirka”, fil-Qala u “il-Qortin Isopu” fin-Nadur. F’dawn il-parks ta’ ambjent protett u mmaniġjat professjonalment jitkabbru pjanti u siġar endemiċi u indiġeni, tipikament Għawdxin.

“Minn ħdan il-Kunsilli taghna nikkonvinċu lill-MEPA tiżviluppa “Sea Nature Parks” li jmorru mix-Xtajta ta’ Hondoq ir-Rummien sal-Gebel tac-Cawl fil-Qala, mix-Xtajta ta’ Dahlet Qorrot sal-Irdum San Filippu, fin-Nadur b’mod li n-nies ikunu jistgħu jgħumu u jagħmlu “snorkelling” bla ebda riskju u periklu.”

“Fl-istess hin, ninkoraġġixxu l-Kunsilli taghna jikkooperaw ma’ Transport Malta biex innaqqsu t-traffiku miċ-ċentru tal-irhula, u b’hekk innaqqsu wkoll it-tniġġis tal-arja u tal-ħsejjes.”

“Fl-ahhar nett, ninkoraġġixxu l-Kunsilli taghna jimmonitorjaw dawk l-illegalitajiet li jseħħu fil-konfini tal-Kunsill Lokali tagħna bl-użu ta’ metodi teknoloġiċi waqt li niżguraw li faċilitajiet adegwati għall-iskart u ta’ riċiklaġġ ikunu dejjem aċċessibbli u mantnuti kif suppost, speċjalment waqt il-perjodu tal-festi, meta jkun hemm aktar nies preżenti fl-irhula u l-bajjiet tagħna.”

Alternattiva Demokratika chairperson, Prof. Arnold Cassola, presented the two AD candidates for Gozo, David Camilleri candidate for Qala, and Toni Falzon, candidate for Nadur.

Prof. Cassola said: “Our elected councillors in Qala and Nadur will work towards transparency and accountability in the governance of Gozitan affairs. In order to reach the objective of Gozo as a tourist destination with its specificity, we fully support the national waste strategy plan for 2050, which aims at reaching a zero waste society. We will work within this framework for a local waste management plan adapted to each locality that identifies the best way to implement the National Strategy in Qala and Nadur, including a pilot project for the recycling of organic and food waste”.

David Camilleri, AD candidate for Qala, said: “We are ready to work in Qala and Nadur to collaborate with MEPA for the development of children’s sea water parks in the abandoned Hondoq ir-Rummien quarry in Qala and in Ramla l-Hamra in Nadur, where children can safely play in sea water fountains under the shade of trees.”

“We propose to work together in our councils with the national authorities to create Nature Parks in the publicly owned land of “iz-Zirka” in Qala and “il-Qortin Isopu” in-Nadur . These parks would be a managed and protected environment of indigenous and endemic trees and plants to safeguard their future survival on Ghawdex.”

“From within our local councils we will work to convince MEPA to develop sea Nature Parks from “Xtajta ta’ Hondoq ir-Rummien” till “il-Gebel tac-Cawl” in Qala and from “Xtajta ta’ Dahlet Qorrot” till “rdum San Filippu”, in Nadu, rwhere people can swim and snorkel in a safe and secure environment.”

“At the same time, we will encourage our Local Councils to cooperate with Transport Malta to reduce traffic flows in the village core, thereby diminishing air and noise pollution.”

“Finally, we will encourage our councils to monitor any illegalities happening within the confines of our local council using unobtrusive methods whilst we ensure that adequate local waste and recycling facilities are available and properly maintained, especially during the peak holiday period.”

FacebookEmail