In his concluding message on the final day of the Local council election campaign, Alternattiva Demokratika Chairperson, Prof. Arnold Cassola, said: “We are presenting candidates in the Local Councils of Ħ’Attard, St. Paul’s Bay, Ħaż-Żebbuġ, St. Julian’s, Qala, Ħal Qormi and Nadur. Alternattiva Demokratika councillors will work in their Council to ensure that we have more investment for cultural activities and in public libraries, for the protection of open spaces, with better accessibilty for the elderly, persons with disabilities and parents with young children. Increasing road space for cyclists and improving facilities for pedestrians should be a top priority for our councillors.”
“AD councillors will spur their councils to be more pro-active where waste is concerned. Therefore, as AD we are saying that apart from recycling waste, there can be a wider recycling policy. A local plan is needed for the management of waste based on the national plan which sets as its target a zero waste society by 2050.”
“Of course, in order to make things work more efficiently, it is necessary that, without introducing any new taxes, more money is provided for the Councils. We are proposing that a percentage of trading licences, of permits to occupy public spaces, such as restaurants, of car licences and of the plastic bag tax go to the local community because it is these local communities that have to maintain roads and pavements in good shape.”
“The election of AD councillors will not bring about miracles but will ensure commitment, seriousness and transparency and will be a guarantee of innovative and fresh ideas.”
…
Fl-ahhar messagg, fl-gheluq tal-Kampanja elettorali ghall-Kunsilli Lokali, Iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, Prof. Arnold Cassola, qal: “Ahna qeghdin nipprezentaw kandidati f’Ħ’Attard, San Pawl il-Baħar, Ħaż-Żebbuġ, San Ġiljan, il-Qala, Ħal Qormi u n-Nadur. Il-kunsilliera eletti f’isem Alternattiva Demokratika jkunu qeghdin jaħdmu fil-Kunsill biex jiżguraw li jkollna aktar investiment f’attivitajiet kulturali u għal-libreriji pubbliċi, għall-protezzjoni ta’ spazji miftuħa, b’aċċessibilita’ aħjar għall-anzjani, persuni b’diżabilita’ u ġenituri ta’ tfal zgħar. Iż-żieda ta’ spazji fit-toroq għaċ-ċiklisti u faċilitajiet aħjar għan-nies għandha tkun l-ewwel prijorita’ għall-kunsilliera tagħna.”
“Kandidati eletti f’isem AD iheggu l-kunsilli jkunu iktar pro-attivi fejn jidħol l-iskart, għalhekk bħala AD qegħdin ngħidu li apparti l-iskart li jiġi riċiklat issa, jkun hemm politika usa’ fejn jidħol riċiklaġġ. Hemm htiega ta’ pjan lokali għall-immanggjar tal-iskart ibbażat fuq il-pjan nazzjonali li jpoggi bħala mira li sal-2050 inkunu socjeta’ li ma tiġġenerax skart li jintrema (zero waste society).”
“Naturalment, biex il-Kunsilli jahdmu b’aktar effiċjenza, jinħtieġ li, mingħajr ma jiġu introdotti taxxi ġodda, jingħataw aktar fondi lill-Kunsilli. Aħna qed nipproponu li parti mil-licenzji tan-negozju, parti mill-permessi ta’ min jokkupa spazji pubblici ezempju restoranti, parti mil-liċenzji tal-vetturi u parti mit-taxxa fuq il-boroż tal-plastik imorru għand il-komunita’ lokali ghax wara kollox huma l-komunitajiet taghna li jridu jzommu t-toroq u l-bankini fi stat tajjeb.”
“L-elezzjoni ta’ kunsilliera ta’ AD mhux ser twassal għal xi mirakli iżda tiżgura impenn, serjeta’, u trasparenza u tkun garanzija ta’ ideat ġodda u friski.”