Giovanna Debono: what action is being taken?

Giovanna_Debono

In view of the Giovanna Debono case which was brought up yesterday by Malta Today, Alternattiva Demokratika Chairperson, Prof. Arnold Cassola, said: “AD is asking PN leader Dr Simon Busuttil why he has as yet taken no action whatsoever to suspend his former Minister for Gozo and party MP, pending further investigations, including Police investigations which are apparently already in hand.”

“In a modern democracy it is inconceivable that Ministers employ their spouses in their own Ministry. Ms Debono has said that she knew nothing about the fact that her husband had been in charge of coordinating construction work undertaken by her Ministry through contractors in private property with the taxpayer footing the bill. This reaction is not credible”.

In vista tal-każ dwar Giovanna Debono, li xiref ‘il-bieraħ fil-Malta Today, ic-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, il-Prof. Arnold Cassola, qal: “AD tistaqsi lill-Kap tal PN, Dr Simon Busuttil, għaliex għadu ma ħa l-ebda azzjoni biex jissospendi l-ex-Ministru għal Għawdex, u membru parlamentari tal-partit tieghu, sakemm jispiċċaw l-investigazzjonijiet, inklużi dawk tal-pulizija li milli jidher ġa bdew.”

“F’demokrazija moderna huwa inkonċepibbli li l-Ministri jimpjegaw lill-konġunti tagħhom fl-istess Ministeru. Is-sinjura Debono qalet li ma taf xejn dwar il-fatt li r-raġel tagħha kien inkarigat mill-koordinazzjoni ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni li sar mill-Ministeru tagħha permezz ta’ kuntratturi fi proprjetajiet privati, bit-taxpayer ihalls l-kont. Din ir-reazzjoni tagħha mhix kredibbli.”

FacebookEmail