Alternattiva Demokratika on lack of transparency in public appointments

Alternattiva Demokratika is concerned at the lack of transparency in public appointments.
Prof. Arnold Cassola, AD chairperson, said: “Following the appointment of Ms Sai Mizzi Liang, the wife of Energy Minister Konrad Mizzi at Malta Enterprise, an appointment which nobody in government seems to know about, a government agency that will centralise key identity databases was set up without the knowledge of departmental director-generals or even the Information and Data Protection Commissioner.  Who is the “invisible man” dishing out these “secret” appointments?”
Henrik Piski, AD spokesperson for a Digital Society stated: “It is not acceptable for a democratic society that a government institution is being set up in order to centralise, collect and store information on citizens without ensuring that proper safeguards are in place. Alternattiva Demokratika urges government to take the necessary steps to ensure that such safeguards are clear to all.
“Recent scandals like the one of the NSA, in the USA, show how important it is to ensure the rights of privacy and control of access to personal data.”

——-

Alternattiva Demokratika tinsab imħassba dwar in-nuqqas ta’ trasparenza fil-ħatriet pubblici.
Prof. Arnold Cassola, iċ-chairperson ta’ AD, qal: “Wara l-ħatra ta’ Ms Sai Mizzi Liang, il-mara tal-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi mal-Malta Enterprise, ħatra li ħadd mill-Gvern ma jidher li jaf xi haġa dwarha, aġenzija tal-gvern li se tkun qiegħda tiċċentralizza informazzjoni importanti fuq iċ-ċittadini, ġiet imwaqqfa mingħajr ma kienu jafu diretturi ġenerali ta’ dipartimenti tal-gvern u saħansitra lanqas il-Kummissarju tal-Protezzjoni tal-Informazzjoni.  Min hu dan il-bniedem misterjuz li qiegħed jaghmel dawn il-ħatriet “sigrieti”?
Henrik Piski, kelliem ta’ AD dwar is-soċjeta’ diġitali qal: “Mhux aċċettabbli li f’soċjeta’ demokratika, istituzzjoni tal-gvern titwaqqaf biex tiċċentralizza, tiġbor u żżomm informazzjoni fuq iċ-ċittadini mingħajr ma tieħu ċerti miżuri ta’ sigurta. Alternattiva Demokratika tħeġġeġ lill-gvern biex jieħu l-passi meħtiega biex dawn il-miżuri jkunu ċari għal kulħadd.     “Skandli riċenti bħal dak tal-NSA fl-Amerika juru l-importanza li jiġu aċċertati u protetti d-dritt tal-privatezza u li jkun hemm kontroll ta’ aċċess għal informazzjoni personali.”

FacebookEmail