AD welcomes talks on citizenship scheme

 

Alternattiva Demokratika – The Green Party welcomes talks starting today between government and opposition on the citizenship scheme. Prof.Arnold Cassola, Alternattiva Demokratika Chairperson, said: “We welcome the start of talks today and look forward to a reasonable compromise on the issue since, after the bad international publicity linked to the migrant pushback policy and this citizenship selling scheme, our country cannot afford any more faux pas which smear Malta’s reputation.  We look forward to a serious proposal which does away with the anonymity clause and with the concept of selling or buying citizenship. Maltese (and EU) citizenship can never be up for sale.”

Alternattiva Demokratika – The Green Party tilqa’ pożittivament it-taħdidiet li ser jibdew illum bejn Gvern u oppożizzjoni dwar l-iskema taċ-ċittadinanza.  Iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, il-Prof. Arnold Cassola, qal: “Aħna nilqgħu bi pjacir it-taħditiet tal-lum u nawguraw li dawn iwasslu għal kompromess dwar din il-kwistjoni għaliex, wara l-pubblicita’ internazzjonali hażina minħabba l-politika tal ‘pushback’ tal-migranti  u tal-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza, pajjizna ma jiflaħx aktar passi foloz li jħammġulu r-reputazzjoni. Nittamaw li naslu għal proposta serja li tneħħi l-klawżola tal-anonimita’ u l-kunċett ta’ bejgħ jew xiri taċ-ċittadinanza. Iċ-ċittadinanza Maltija (u tal-UE) ma tista’ tkun qatt “for sale”.

FacebookEmail