Joseph Muscat still has not accepted the inevitable: the glaringly obvious fact that his position is untenable since he has protected the corrupt persons in his inner circle. Muscat’s behaviour sends the message that corruption is tolerated and that corrupt persons are in control of the Prime Minister. Joseph Muscat has abused an already weak Constitution: he made use of all his discretionary powers and blatantly used his office to favour certain people. He made the most of the extremely weak checks and balances on public administration to exercise his power. Only his resignation may put the public’s mind at rest that investigations on the assassination of Daphne Caruana Galizia are not compromised and that justice is done and seen to be done. Only his resignation will help to restore, albeit very slowly, faith in our state institutions.
AD Chairperson Carmel Cacopardo said:”AD insists that it is only the Prime Minister’s resignation that will bring about the start of a process to reclaim back our country, a country scarred by the glaring lack of ethics in politics. Alternattiva Demokratika hopes that this process leads to the necessary and overdue changes to the Constitution such that state institutions are strengthened. We must make sure that no Prime Minister can abuse his position. We must make sure that the big political parties, and all other parties, are not dependent on big business. We must make sure that this country has a well-functioning and representative Parliament. Alternattiva Demokratika will continue insisting on these and other proposals to strengthen democracy as it has done for the past 30 years.”
***
Ir-riżenja ta’ Joseph Muscat biss tista’ tagħti bidu għall-proċess ta’ fejqan
Joseph Muscat għadu ma wasalx biex jaċċetta dak li ilu inevitabbli għal numru ta’ ġimgħat; jiġifieri li ma jistax jibqa’ Prim Ministru ta’ pajjizna ġaladarba għażel li jipproteġi lil persuni korrotti madwaru. Bl-aġir tiegħu, Muscat ta l-impressjoni li l-korruzzjoni hija tollerata. Ta l-impressjoni distinta wkoll li l-korrotti għandhom ħakma fuq il-Prim Ministru nnifsu. Dan kollu sar iktar inkwetanti meta jitqies li Joseph Muscat għamel użu selvaġġ minn kostituzzjoni dgħajfa li tikkonċentra l-poter f’idejn il-Prim Ministru nnifsu u kompliet neżżgħet lill-pajjiż minn istituzzjonijiet indipendenti li jservu ta’ ‘checks and balances’ effettivi fuq l-operat tal-Gvern. Sakemm isseħħ din ir-riżenja ma nistgħux inserħu rasna li l-investigazzjonijiet fuq il-qtil ta’ Caruana Galizia ma jiġux kompromessi u li l-ġustizzja tidher tabilhaqq li qed issir. Hu biss meta jwarrab Joseph Muscat li tista’ tiġi restawrata ftit ftit il-fiduċja fl-istituzzjonijiet li tnaqqret konsiderevolment.
Iċ-Chairperson ta’ AD Carmel Cacopardo qal:”AD tqis li hu biss bir-riżenja ta’ Joseph Muscat u l-klikka ta’ madwaru li jista’ jingħata bidu għall-proċess li għandu jeħodna lejn il-fejqan ta’ pajjiż mherri min-nuqqas ta’ etika fil-politika. Alternattiva Demokratika tittama li hekk kif iwarrab Joseph Muscat u l-klikka korrotta li hu mdawwar biha jingħata bidu ta’ proċess ta’ tibdil kostituzzjonali mill-qiegħ biex dak li mmanifesta ruħu b’mod partikolari tul dawn l-aħħar snin, ma jerġax jirrepeti ruħu. Huwa dmirna li nassiguraw li l-poteri ma jibqgħux ikkonċentrati f’idejn il-Prim Ministru, li l-finanzjament tal-partiti ma jibqax jiddependi mill-‘big business’, kif ukoll il-bidu ta’ riformi parlamentari fost affarijiet oħra li l-Alternattiva Demokratika ilha tinsisti fuqhom tletin sena.”