With reference to the call for Expressions of interest for a car race track in Malta, AD Deputy Chairperson Carmel Cacopardo said: “The call for Expression of Interest for a car race track including the ancillary facilities constitutes another attack on ODZ land. Such a project, which could take up around 800,000 square metres (80 hectares) can only be built in ODZ land.
Malta and Gozo are too small to sustain such a project. We should instead protect the little ODZ land that is left. The Government, unfortunately, is doing exactly the opposite.
One must also keep in mind all the air pollution deriving from racing and training sessions as well as the exaggerated noise pollution coming from the powerful cars driven at great speed. This will strongly inconvenience the residents who will be unlucky enough to live in the vicinity of the race-track.
Alternattiva Demokratika hopes that this is just one of the many passing “nightmare” threats the Government is dreaming of in the environmental field.
—
Le għal ċirkwit għat-tlielaq tal-karozzi, tgħid AD
B’riferenza għas-sejħa għal Espressjoni ta’ interess maħruġ mill-Gvern, id-Deptutat Chairperson ta’ AD, Carmel Cacopardo, qal: “Is-sejħa għal-espressjoni ta’ interess biex jinbena ċirkwit għat-tlielaq tal-karozzi flimkien ma’ faċilitajiet anċillari hu attakk ieħor fuq l-art barra miż-żona ta’ żvilupp (ODZ). Dan minħabba li l-iżvilupp propost, stmat li jista’ jirrikjedi sa madwar 800,000 metru kwadru ta’ art (80 ettaru) ma jista’ jsir imkien jekk mhux barra miż-żona tal-iżvilupp.
Malta u Għawdex huma żghar wisq u l-ftit art li baqalna mhux mibnija barra miż-żona ta’ żvilupp għandna bżonn li nipproteġuhom aħjar. Il-Gvern, sfortunatament qed jagħmel minn kollox biex jinkoraġixxi kemm jiflaħ bini fuq ODZ.
Dan apparti t-tniġġis tal-arja kkawżat mhux biss mit-tlielaq imma ukoll mis-sessjonijiet ta’ taħriġ fiċ-ċirkwit propost. Ma’ dan kollużid ukoll il-ħsejjes esaġerati minn karozzi misjuqa b’veloċita’ kbira li ser ikunu ta’ inkonvenjent kbir lil dawk li jkollhom l-isfortuna li jkunuġirien taċ-ċirkwit.
AD tittama li din tkun ħolma oħra kerha li tgħaddi mill-bosta li l-Gvern qed joħloq fil-qasam ambjentali”.