Negliġenza dwar Montekristo?

Alternattiva Demokratika innutat li l-ġimgħa l-oħra, l-Qorti illiberat lis-Sur Charles Polidano, magħruf bħala ċ-Ċaqnu, mill-akkuża li kellu żoo illegali fil-kumpless Montekristo fil-limiti ta’ Ħal-Farruġ u dan f’każ fejn tifel kien imweġġa serjament minn tigra.

Fis-sentenza tagħha l-Qorti qalet hekk : “Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ naqset li tipproduċi lista tal-annimali li seta’ kien hemm fil-lok in kwistjoni fil-jum tal-inċident. Lanqas fil-Proces Verbal esebit f’dawn l-atti ma tinstab lista ta’ annimali li kien hemm jekk kien hemm f’dak il-jum. Fil-proċess kollu l-Qorti sabet ritratti biss ta’ annimal wieħed u li jidher li hija tigra. Allura kif xi ħadd jippretendi lil din il-Qorti issib lil xi ħadd ħati li żamm żoo meta min investiga ħadd ma ndenja ruħu jagħmel lista tal-annimali li kien hemm, jekk kien hemm, biex ikun ippruvat li kien hemm żoo skont id-definizzjoni tal-liġi?”

Carmel Cacopardo, Chairperson ta’ AD qal: “Alternattiva Demokratika hi imħassba kif il-Pulizija imxiet b’dan il-mod ma Polidano li, kif inhu magħruf, għandu l-fama li jagħmel li jrid f’diversi oqsma. Ma nafux jekk dan kienx każ ta’ negliġenza mill-Pulizija inkella jekk hemmx spjegazzjoni oħra, agħar minn hekk. Nittamaw li l-Kummissarju tal-Pulizija jiftaħ inkjesta interna immedjatament u jieħu l-passi li jirriżulta meħtieġa.”

***

‘No proof’,because of police negligence?

Alternattiva Demokratika notes that last week Charles Polidano, better known as ‘ic-Caqnu’, was cleared of the charge of operating an illegal zoo at his Montekristo Estates in the limits of Hal Farrug. The case was about a boy who was seriously injured by a tiger kept at Montekristo.

In its decision the Court said (reproduced verbatim in the original language, Maltese): “Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ naqset li tipproduċi lista tal-annimali li seta’ kien hemm fil-lok in kwistjoni fil-jum tal-inċident. Lanqas fil-Proces Verbal esebit f’dawn l-atti ma tinstab lista ta’ annimali li kien hemm jekk kien hemm f’dak il-jum. Fil-proċess kollu l-Qorti sabet ritratti biss ta’ annimal wieħed u li jidher li hija tigra. Allura kif xi ħadd jippretendi lil din il-Qorti issib lil xi ħadd ħati li żamm żoo meta min investiga ħadd ma ndenja ruħu jagħmel lista tal-annimali li kien hemm, jekk kien hemm, biex ikun ippruvat li kien hemm żoo skont id-definizzjoni tal-liġi?”

Carmel Cacopardo, AD Chairperson said: “How can the police expect to prove that an illegal zoo operates at Montekristo without exhibiting a list and photos of animals kept at Montekristo? Alternattiva Demokratika is concerned about how the Police tackled this case. Polidano is very well known to do as he pleases. Is this a case of negligence or is it something much more that that? The Police Commissioner should immediately hold an internal inquiry about this case and take the necessary steps.”

FacebookEmail