Malta is an extraordinarily noisy country and noise pollution needs to be tackled because of the health effects of noise. This was highlighted today at a news conference called by Alternattiva Demokratika, which was addressed by Samuel Muscat, AD candidate for the Ħaż-Żebbuġ Local Council and AD Chairperson Carmel Cacopardo.
Ħaż-Żebbuġ was chosen for this press conference because of the entertainment establishment situated between Żebbug and Rabat, which generates lots of noise during the night, causing a major inconvenience to residents. Samuel Muscat insisted that technology existed which could address this issue. Local Councils should put pressure on government authorities so that the issue of noise from various establishments is addressed without further delay.
Residents also have to put up with excessive noise generated by modified motorcycles and cars. Sammuel Muscat said that this happens due to lack of enforcement, since it is already illegalto modify vehicles in a such a manner.
Carmel Cacopardo added that some time ago regulations prohibiting construction work before 7 am, or after 8 pm and on Sundays and holidays were introduced. However these are not being enforced well enough since work is still being carried out outside the permitted time.
The problem, as in many other areas, is the lack of action by authorities who do not seem to be interested in enforcing their own regulations. We need comprehensive legislation to tackle noise pollution, concluded Carmel Cacopardo.
***
Għandna bżonn liġi komprensiva li tindirizza t-tniġġis mill-istorbju
Is-soċjetà Maltija hi waħda storbjuża b’mod esaġerat u jeħtieġ li nagħtu iktar kas ta’ dan it-tniġġis li ma jagħmel l-ebda ġid lil saħħitna. Dan ġie enfasizzat dalgħodu waqt konferenza tal-aħbarijiet imsejħa minn Alternattiva Demokratika u indirizzata minn Samuel Muscat, kandidat għall-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ u Carmel Cacopardo, Chairperson ta’ Alternattiva Demokrarika.
Għażilna Ħaż-Żebbuġ għal din il-konferenza tal-aħbarijiet minħabba stabiliment tad-divertiment li qiegħed bejn Ħaż-Żebbuġ u r-Rabat li meta jopera jiġġenera ħafna storbju matul illejl u jkun ta’ inkonvenjent kbir minħabba f’hekk. Illum, enfasizza Samuel Muscat teżisti t-teknoloġija biex dan ikun indirizzat. Il-Kunsilli Lokali għandhom iservu ta’ tarka għar-residenti biex dan it-tip ta’ storbju ġġenerat minn diversi stabilimenti ta’ divertiment ikun indirizzat bla iktar dewmien.
Iż-żoni residenzjali tagħna huma bumbardjati minn storbju eċċessiv iġġenerat minn muturi u karozzi immodifikati. Dan, enfasizza Samuel Muscat qed iseħħ minħabba nuqqas ta’ nfurzar għax dawn il-modifiki huma diġa llegali.
Carmel Cacopardo qal li xi żmien ilu saru regolamenti li jipprojibixxu xogħol ta’ kostruzzjoni qabel is-7 ta’ filgħodu, inkella wara t-8 ta’ filgħaxija kif ukoll fil-Ħdud u l-festi. Dawn mhux qed jiġu infurzati b’mod tajjeb għax xorta qed isir storbjuż kmieni u fil-Ħdud u l-festi.
Il-problema hi dejjem nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet illi wara li jippubblikaw ir-regolamenti ftit li xejn jinfurzawhom. Għandna bżonn liġi komprensiva li tindirizza t-tniġġis mill-istorbju, temm jgħid Carmel Cacopardo.