Muscat’s Diplomatic Passport: rescind immediately

The diplomatic passport afforded to Joseph Muscat by Prime Minister Robert Abela as part of his severance package should be rescinded with immediate effect. This was emphasised this morning by Carmel Cacopardo, ADPD – The Green Party Chairperson.

A diplomatic passport gives its bearer a number of diplomatic rights and privileges which bearing in mind, the serious circumstances which led to Joseph Muscat resigning as Prime Minister, create further suspicions on his actions which still await in-depth criminal investigation.

Muscat is the subject of numerous allegations, most of which have not been investigated. Being the bearer of a diplomatic passport would possibly allow him to travel around the world with diplomatic immunity. Muscat has been on numerous trips abroad, including the well-documented trips to Dubai and Baku. 

With so many allegations connected to Joseph Muscat still unresolved it is ill-advised to have him in possession of a diplomatic passport. It needs to be rescinded forthwith. In addition a full and public account of its use should be made, concluded Carmel Cacopardo.

***

Il-passaport diplomatiku ta’ Muscat għandu jitteħidlu minnufih

Iċ-Chairperson ta’ ADPD-The Green Party, Carmel Cacopardo, emfasizza fi stqarrija dalgħodu li il-passaport diplomatiku li ngħata lil Joseph Muscat mill-Prim Ministru Robert Abela bħala parti mill-pakkett meta ħalla l-irwol ta’ Prim Ministru għandu jitteħidlu minnufih.

Passaport diplomatiku jagħti għadd ta’ drittijiet diplomatiċi u privileġġi li meta wieħed jikkunsidra ċ-ċirkostanzi serji li wasslu għar-riżenja ta’ Joseph Muscat bħala Prim Ministru, jkompli jnissel aktar suspetti dwar dawk l-azzjonijiet tiegħu li għadhom jistennew investigazzjonijiet kriminali fid-dettal.

Muscat huwa suġġett għal numru ta’ allegazzjonijiet li l-investigazzjoni tagħhom għadha pendenti. Il-fatt li għandu passport diplomatiku ifisser li jista’ jivvjaġġja madwar id-dinja b’immunità diplomatika. Muscat ivvjaġġa kemm-il darba inkluż dawk iż-żjarat li saru Dubai u f’Baku.

B’dawn il-ħafna allegazzjonijiet fejn jidħol Joseph Muscat li għadhom mhux riżolti mhux għaqli li ngħata passaport diplomatiku. Dan għandu jitteħidlu minnufih. Barra minn hekk għandu jingħata rendikont sħiħ pubbliku tal-użu tal-passaport, temm jgħid Carmel Cacopardo.

FacebookEmail