Min iħallas aktar jaqbeż il-kju

RalphCassar

Il-kelliem għall-energija, industrija u trasport, Ralph Cassar, wera d-disapprovazzjoni ta’ AD ghad-decizjoni tal-Ministru ta’ Ghawdex li jdahhal il-kuncett ta’ priority boarding fuq is-servizz bil-baħar bejn Malta u Għawdex. Cassar qal li huwa inkonċepibbli kif fuq servizz essenzjali ħhal ma huwa s-servizz tal Gozo Channel, min għandu l-flus jingħata preferenza fuq min ghandu inqas. Servizzi bażiċi m’għandhom qatt jiddiskriminaw abbażi ta’ mezzi finanzjarji. Dawk inqas sinjuri bħal ħaddiema u studenti ulkoll għandhom il-jedd li jaslu fil-ħin għax-xoghol jew studju mingħajr ma jinqabzu minn min jinghata l-privileġġi għax jiflaħ iħallas ghalihom. Min jagħmel sforz u jasal fil-ħin issa se jibda jiġi penalizzat.

Iċ-Chairperson ta’ AD Arnold Cassola stieden lill-Ministru għal Għawdex biex jerġa jikkunsidra d-deċiżjoni li tolqot ħazin lill-maġġoranza ta’ ħaddiema u studenti Għawdxin u Maltin. Cassola żied jgħid li huwa ta’ nkwiet li partit fil-gvern li jgħid li hu soċjal demokratiku jħossu komdu jiddiskrimina b’dan il-mod f’servizz essenzjali. Prof. Cassola saqsa x’għandna nistennew iżjed; diskriminazzjoni favur min għandu l-flus fil qasam tas-saħħa, fost oqsma oħra? Is-sens ta’ ġustizzja soċjali jitlob mod ieħor, temm jgħid Cassola.
1888759_726860934015554_1608997006_n
FacebookEmail