Prof. Arnold Cassola, Alternattiva Demokratika Chairperson, said: “In view of the FKNK’s (The hunters’ federation) directive to its members to ban access to their private property to members of the Ramblers Association all year round, we are asking Prime Minister Joseph Muscat to instruct the Lands Registry Department to immediately produce maps on the ownership of land in the Maltese countryside, so that all Maltese and Gozitans can know what land is really private and what public land has been stolen for years by private individuals for their own egoistic personal use. Moreover, the Prime Minister should ensure that the laws of the country are respected with regards to right of passage over private land”.
***
Bżonn jiġu prodotti mappep li jindikaw proprjeta’ privata fil-kampanja wara d-direttiva tal-FKNK
Prof. Arnold Cassola, Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, qal: “In vista tad-direttiva tal-FKNK lill-membri tagħha biex iċahhdu l-aċċess għall-proprjeta’ privata tagħhom lill-membri tar-Ramblers Association is-sena kollha, Alternattiva Demokratika qed titlob lill-Prim Ministru Joseph Muscat jagħti direttiva lid-Dipartiment tar-Reġistru tal-Artijiet biex jipproduċi immedjatament il-mappep tal-proprjeta’ fil-kampanja Maltija biex b’hekk il-Maltin u l-Għawdxin kollha jkunu jafu liema art hija tabilħaqq privata u liema art pubblika ilha misruqa għal snin sħaħ minn individwi privati għall-użu egoistiku u personali tagħhom. Ma’ dan, il-Prim Ministru għandu jiżgura li l-liġijiet tal-pajjiż jiġu rrispettati għal dak li għandu x’jaqsam mad-dritt ta’ passaġġ”.
Links: