
In view of the negative outcome of Toni Abela’s interview for the post on the European Court of Auditors, Alternattiva Demokratika Chairperson, Prof. Arnold Cassola, said: “This is the second thumbs down in the space of three weeks, following the outcome of Judge Silvio Camilleri’s interview. These are terrible blows for the prestige of our country at international level. Unfortunately, the John Dalli case had already cast a shadow on Malta.
Now, the present Panamagate and the unethical behaviour of Prime Minister Muscat and his closest aides has compounded the blurred view of our country in the eyes of European Members of Parliament. It is very unfair that Toni Abela has had to pay for the unethical behaviour of our national leaders, Joseph Muscat, Konrad Mizzi and Keith Schembri”.
—
Malta tbati konsegwenza tal-imgiba mhux etika tal-Prim Ministru Muscat
In vista tar-riżultat negattiv tal-intervista għall-post fuq l-Qorti Ewropea tal-Awdituri ta’ Toni Abela, iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, il-Prof Arnold Cassola, qal: “Din hija t-tieni darba fi tliet ġimgħat li kandidat Malti ġie rrifjutat, wara l-każ tal-Imħallef Silvio Camilleri. Dawn huma daqqiet fatali għall-prestiġju ta’ pajjiżna fuq livell internazzjonali. Sfortunatament,il-każ ta’ John Dalli ġa xeħet dell ikrah fuq Malta. Issa, il-każ preżenti ta’ Panamagate u l-imġiba mhux etika tal-Prim Ministru Muscat u l-kollaboraturi l-aktar qrib tiegħu aktar żdiedet il-viżjoni mċajpra ta’ pajjiżna f’għajnejn il-Membri tal-Parlament Ewropew.
Huwa inġust ħafna li Toni Abela spiċċa jħallas hu għall-imġiba mhux etika tal-mexxejja nazzjonali tagħna, Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri”