“Waqt li l-pajjiż għadu rrabjat u taħt xokk kawża tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, qed tiżviluppa klima politika preokkupanti. Li nippuntaw subgħajna lejn xulxin m’hu se jwassal imkien.”
“Din hi attitudni li twassal għal ħsara rreparabbli għar-reputazzjoni internazzjonali tal-pajjiż u iktar minn hekk qed ikunu imminati l-istituzzjonijiet tal-pajjiż li diġa huma dgħajfa.”
Dan qalu Carmel Cacopardo Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika waqt laqgħa li saret iktar kmieni illum mal-Partit Laburista.
“Huwa iktar għaqli u fl-interess tal-pajjiż li d-diffikultajiet li qed niffaċċjaw niddiskutuhom madwar mejda, bil-kalma.”
Delegazzjoni ta’ Alternattiva Demokratika mmexxija miċ-Chairperson Carmel Cacopardo u maghmula wkoll minn Mario Mallia (Deputat Chairperson), Ralph Cassar (Segretarju Ġenerali) u Danika Formosa (Segretarju Internazzjonali) ltaqgħet ma’ delegazzjoni tal-Partit Laburista mmexxija mill-Mexxej tal-Partit Joseph Muscat.
Fil-laqgħa, li saret fuq talba ta’ Alternattiva Demokratika, ġiet diskussa l-qagħda politika u l-ħtieġa li tissejjaħ Konvenzjoni Kostituzzjonali biex tindirizza mhux biss il-qagħda tal-istituzzjonijiet imma ukoll diversi problem kostituzzjonali li ilhom jakkumulaw tul is-snin.
Alternattiva Demokratika toffri s-sostenn tagħha biex dan il-proċess jibda, jitkompla u b’mod għaqli jwassal għal soluzzjonijiet u konklużjonijiet li jkunu ta’ ġid għal kulħadd.
***
The blame game is a zero-sum game
“While the country is still in shock and angry following the assassination of Daphne Caruana Galizia, the political climate that is developing is very worrying. The blame game and finger pointing is a zero-sum game which leads to nowhere.”
“The situation is leading to irreparable damage to the international reputation of the country and moreover the already weak state institutions are being weakened further.”
AD Chairperson Carmel Cacopardo was speaking at a meeting earlier today with the Labour Party.
“It is much wiser and in the interest of the country that the difficulties we face are discussed calmly.”
A delegation from AD led by Chairperson Carmel Cacopardo and consisting of Mario Mallia (Deputy Chairperson), Ralph Cassar (Secretary General) and Danika Formosa (International Secretary) met with a delegation of the Labour Party led by party leader, Joseph Muscat.
At the meeting, held at the request of the Green Party, discussions centred around the current political situation and the need to convene a Constitutional Convention to address the state institutions and various other constitutional problems that have been accumulating over the years.
AD offers its support so that this process begins and is taken to a conclusion with solutions which are beneficial to everyone.