AD led by its Chairperson Carmel Cacopardo, today commemorated the 42 years since the murder of Karen Grech. A floral wreath was laid at Karen Grech’s monument in San Ġwann. At a press conference Carmel Cacopardo said that the murder of Karin Grech (1977) and those of Raymond Caruana (1986), and Lino Cauchi (1982) still remain unsolved. Justice has not yet been served for the victims and their families.
Cacopardo said that we need to continue to reflect on these events because as a country we need to remember the consequences of political violence and what leads to it. “These sad occasions should spur all of us to continue working in favour of the rule of law and remind us of the need for continued dialogue, particularly where there is a clash of ideas”. He also reiterated the need for strong institutions to nip corruption and abuse of power in the bud. Red versus blue tribalism in this country is a disease which must be cured as soon as possible. This tribalism has brought about deep divisions and violence.
Carmel Cacopardo reiterated Alternattiva Demokratika’s enduring solidarity with the family of Karin Grech. This bloody episode in our country’s history does not belong to only part of the Maltese people but to the whole country. “We need clear messages from everyone that our country is against violence, whoever the victims are”, concluded Cacopardo.
***
Biex qatt ma ninsew: AD tfakkar il-qtil barbaru ta’ Karin Grech
Alternattiva Demokratika mmexxija miċ-Chairperson il-Perit Carmel Cacopardo, illum fakkret it-42 sena mill-qtil ta’ Karin Grech billi tpoġġa bukkett fjuri quddiem il-monument tagħha f’San Ġwann. Fil-konferenza stampa fuq il-post qabel it-tqegħid tal-fjuri, Carmel Cacopardo qal li l-qtil ta’ Karin Grech (1977) flimkien ma’ dak ta’ Raymond Caruana (1986), u ta’ Lino Cauchi (1982), għadhom ma ssolvewx wara għexieren ta’ snin. Dan ifisser li għadha ma saritx ġustizzja mal-vittmi u mal-familji tagħhom.
Cacopardo kompla jgħid li għandna nibqgħu nirriflettu fuq dawn l-episodji biex pajjiżna jibqa’ jfakkar lilu nnifsu bil-kruha tal-vjolenza politika u dak li jwassal għaliha. “Dawn huma okkazjonijiet li għandhom jixprunaw lilna lkoll biex nibqgħu naħdmu favur is-saltna tad-dritt u l-bżonn ta’ djalogu kontinwu, partikolarment fejn ikun hemm skontru ta’ ideat” sostna Cacopardo. Huwa fakkar ukoll fil-bżonn ta’ istituzzjonijiet li jissorveljaw lil xulxin biex il-korruzzjoni u l-abbuż tal-poter ikunu dejjem imxekkla. Sostna wkoll fuq il-bżonn urġenti li jitnaqqas is-sens ta’ tribaliżmu bejn aħmar u blu li storikament ġab qasma u vjolenza fuq skala nazzjonali.
Huwa tenna s-solidarjetà dejjiema mal-familja ta’ Karin Grech u sostna l-bżonn li dan l-episodju mdemmi fl-istorja ta’ pajjiżna ma jappartjenix lil parti biss mill-poplu Malti imma jkun tal-pajjiż kollu. “Hemm bżonn sinjali ċari u sostnuti minn kulħadd li pajjiżna huwa kontra l-vjolenza tigi minn fejn tiġi u tolqot lil min tolqot”, temm jgħid Cacopardo.