Earlier today ADPD – The Green Party Chairperson Carmel Cacopardo asked the Auditor General to investigate the lack of transparency in the ‘golden handshakes’ awarded to members of the Cabinet of Ministers who resign or are forced to resign from their role.
Carmel Cacopardo mentioned Justyne Caruana’s ‘golden handshake’ story currently doing the rounds in the media, and also the recent forced resignation of Rosianne Cutajar. He said that there is a huge lack of transparency of the ‘golden handshake’ process and asked the Auditor General to investigate the criteria used to award ‘golden handshakes’.
***
Nuqqas ta’ trasparenza fil-ħlas ta’ golden handshakes
F’ittra li bagħat aktar kmieni illum lill-Awditur Ġenerali, iċ-Chairperson ta’ ADPD – The Green Party Carmel Cacopardo talbu jinvestiga n-nuqqas ta’ trasparenza fil-ħlas ta’ ‘golden handshakes’ lill-membri tal-Kabinett li jispiċċaw mill-ħatra. It-test tal-ittra huwa:
Awditur Ġenerali
Sur Deguara,
Nikteb biex nitolbok tinvestiga l-ħlas ta’ “golden handshakes” lill-membri tal-Kabinett li jispiċċaw mill-ħatra. Preżentement fl-aħbarijiet hemm il-każ ta’ Justyne Caruana imma għad kif kellna ukoll il-ħlasijiet li saru lil Rosianne Cutajar.
Ma hemm l-ebda trasparenza dwar il-ħlasijiet li saru u li qed isiru lill-Ministri u Segretarji Parlamentari, uħud minnhom ghal darba tnejn.
Nitolbok għaldaqstant tinvestiga xi kriterji qed ikunu użati biex isiru dawn il-ħlasijiet kif ukoll li teżamina l-ħtieġa li jkunu introdotti mekkaniżmi effettivi ta’ kontroll u verifika dwar dan il-proċess kollu.