Illum, iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, Carmel Cacopardo, talab lill-Ombudsman jinvestiga l-mod kif qed jitmexxa l-proċess dwar l-bini ta’ mina taħt il-baħar bejn Malta u Għawdex, dan wara li l-Ministru Ian Borg ħabbar li se joħorġu t-tenders meta l-istudji dwar l-impatti ambjentali għadu pendenti.
“Din id-dikjarazzjoni tal-Onorevoli Ministru hi ukoll indikazzjoni ċara ta’ nuqqas ta’ governanza tajba u twassal il-messaġġ ċar li l-proċess ta’ studju tal-impatti ambjentali hu meqjus bħala wieħed irrelevanti”, qal Carmel Cacopardo.
***
Ombudsman asked to investigate lack of good governance in Gozo tunnel project
Today, AD Chairperson Carmel Cacopardo asked the Ombudsman to investigate the way that the Gozo tunnel project is being administered. Minister Ian Borg has said that tenders will be issued when important studies, particularly the Environmental Impact Assessment is still pending.
“The Minister’s declaration is a clear sign of a lack of good governance. It conveys the message that the EIA process is considered by the government to be irrelevant”, concluded Carmel Cacopardo.