L-għeluq tal-portijiet qed iwassal għall-imwiet – Il-Gvern Malti jimita lill-Gvern faxxista Taljan.
Alternattiva Demokratika tikkundanna n-nuqqas ta’ konsiderazzjonijiet umani li biha l-Gvern Malti qed jittrattata l-kriżi tal-immigrazzjoni li qed tiżviluppa madwarna. Jekk biss inħarsu lejn il-kuntest lokali, naraw gvern li qed jilgħab logħba ta’ relazzjonijiet pubbliċi u ta’ poter. Logħba li bla dubju qed jiġi mżeffen fiha mill-gvern faxxista Taljan.
Dan qalu Carmel Cacopardo Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika li flimkien ma Anna Azzopardi, kelliema għall-Politika Soċjali kienu qed jikkummentaw fuq l-aħħar żviluppi li jikkonċernaw il-kriżi fl-immigrazzjoni.
F’mument ta’ kriżi ma tiffokax fuq materji insinifkanti bħar-registrazzjoni tal-vapur imma toffri l-għajnuna kollha disponibbli biex tiġi salvata kull ħajja fil-periklu. Li tipprova tikkriminalizza lil min qiegħed isalva il-ħajjiet hu l-ikbar insult possibli lill-ospitalità tradizzjonali li l-poplu Malti dejjem wera ma kull min kellu bżonnha.
L-aġir tal-Gvern Malti li ordna li jipproċedu kriminalment kontra l-kaptan tal-vapur MV Lifeline jkompli jżid il-mibgħeda diġa mxerrda mill-propaganda populista, kemm lokali kif ukoll barranija.
F’din l-istampa kollha, qed tiġi njorata l-umanità, il-qalba ta’ kollox. In-nies qiegħdin imutu, u ser jibqgħu imutu jekk ma jsir xejn. Il-gvern Malti għandu l-obbligu etiku u morali li ma jinjorax l-imwiet li qed iseħħu anke riżultat tad-deċiżjoni rresponsabbli li jagħlaq il-portijiet, biex jimita lill-Gvern faxxista Taljan.
L-att kriminali fuq l-ibħra Maltin, ikkonkludew Cacopardo u Azzopardi, ma sarx meta kienu salvati in-nies imma meta ngħalqu l-portijiet Maltin għall-vapuri ta’ salvataġġ immexxija mill-għaqdiet mhux governattivi. Bħala riżultat ta’ din id-deċiżjoni hemm diġa numru kbir ta’ mwiet, li qed jiżdied u seta’ faċilment ikun evitat.
***
The closure of ports is leading to more deaths – Maltese government is imitating the actions of Italy’s fascist government
Alternattiva Demokratika – The Green Party condemns the lack of humane considerations shown by the Maltese Government in dealing with the immigration crisis currently developing. Locally, government is more focuses on sending a public relations message and in asserting physical power and control. An attitude which is without any doubt dictated by the antics of the neighbouring Italian fascist government.
This was stated by Carmel Cacopardo Chairperson of Alternattiva Demokratika-The Green party together with Anna Azzopardi, spokesperson on Social Policy when commenting on the latest developments on the immigration crisis.
During a crisis you certainly do not focus on insignificant details such as a ship’s registration. Rather you do your best to ensure that every life is saved. The criminalisation of those saving lives is the worst possible insult to Malta’s traditional hospitality which has always been available to whosoever required it.
The action of the Maltese Government instructing that criminal proceedings commence against the captain of MV Lifeline unnecessarily add to the increasing hatred spread by populist propaganda, both local and foreign.
Humane considerations are conspicuously absent. Men, women and children are dying in the sea around us in increasing numbers. The Maltese Government has an ethical and moral duty not to ignore this cemetery developing around us to which, unfortunately, it is contributing imitating the actions of the Italian fascist government.
The criminal act in Maltese waters, concluded Cacopardo and Azzopardi, were not carried out as a result when lives were saved but through the closure of Maltese ports to NGO rescue vessels. This has led to more deaths which could have been avoided.