AD Education Edukazzjoni

L-edukazzjoni għodda biex tisaħħaħ il-ġustizzja soċjali

F’ konferenza tal-ahbarijiet barra l-MCAST f’Rahal Gdid, Mario Mallia, kelliem u kandidat f’isem Alternattiva Demokratika elenka l-proposti tal-partit dwar l-edukazzjoni.  Huwa tenna li l-proposti jiffukaw partikolarment fuq tlett aspetti; il-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-edukaturi, il-politika edukattiva kif ukoll l-esperjenza edukattiva tal-istudenti.

Fuq il-kundizzjonijiet tax-xoghol Mallia sostna li

  • ghandu jitwaqqaf task force b’urġenza biex jeżamina r-raġunijiet għall-problema ta’ nuqqas ta’ ghalliema li qed tizdied kull sena u jaghmel rakkomandazzjonijiet sabiex dan in-nuqqas jigi indirizzat.

  • z-zieda fir-responsabbiltajiet tal-edukaturi jigu rikonoxxuti ahjar milli huma llum.

  • AD tinsisti wkoll fuq il-bzonn ta’ jizdied il-hin li permezz tieghu l-edukaturi jkollhom iktar hin jahdmu flimkien sabiex il-process edukattiv igawdi minn hidma kollettiva

  • Mallia sostna wkoll li ghandha tigi mistharrga l-possibbilta` li l-kulleggi ikollhom awtonomija ikbar fl-ingagg ta’ edukaturi u staff iehor sabiex ikun iktar sens ta’ appartenenza.

Mallia tenna wkoll il-bzonn li jigu ndirizzati aspetti partikulari tal-politika dwar l-edukazzjoni.  Dawn jinkludu

  • Tiswir ta’ programm edukattiv sistematiku li jeduka l-istudenti fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi, partikolarment fid-dawl tal-introduzzjoni tal-co-education.

  • Tigi varata diskussjoni nazzjonali fuq il-bzonn ta’ taghlim tar-religjon f’kuntest inklussiv.  Dan biex pajjizna jkun jista’ jirrispondi ahjar għar-realitajiet ta’ diversità li qed jikkaratterizzaw is-soċjetà tagħna.

  • Jigi studjat b’reqqa l-fenomenu li minhabba fih is-subien jimxu inqas mill-bniet fl-edukazzjoni, filwaqt li ifassal strategiji adekwati.

  • Jiġi solvut malajr kemm jista’ jkun l-impasse fuq il-Learning Outcomes Framework li l-implimentazzjoni tiegħu baqgħet fuq l-ixkaffa u li qed ikun sors ta’ inċertezza għall-għalliema fl-iskejjel.

  • Terga’ tissokta d-diskussjoni fuq rapport imhejji minn esperti nternazzjonali fuq is-sistema ta’ inklużjoni fl-iskejjel Maltin, sabiex jiġu attwati numru ta’ rakkomandazzjonijiet li johorgu minnu.

Danika Formosa, kandidata f’isem Alternattiva Demokratika elenkat xi proposti li jitkellmu fuq l-esperjenza edukattiva tal-istudenti.  Partikolarment insistiet fuq

  • Il-fatt li ghad ghandna wisq skejjel kbar li fihom l-istudenti huma numri u fuq il-bzonn li dawn jinqasmu fi skejjel izghar.

  • Tkompli tissaħħaħ ix-xibka, li permezz tagħha nirkupraw studenti li ma jirnexxilhomx itemmu b’suċċess is-snin tas-sekondarja tagħhom.

  • Tiġi riveduta b’mod urġenti l-prattika li permezz tagħha studenti post-sekondarji jingħataw possibbità li jaghmlu l-ezamijiet tal-MATSEC qabel ma jkunu temmew is-sentejn kors tagħhom. AD tħoss li din il-prattika qed tnaqqar il-kwalità tal-esperjenza edukattiva tal-istudenti.

  • Tipproponi t-twaqqif ta’ kumitat li jiddiskuti u johrog bi proposti, wara konsultazzjoni xierqa, li jindirizzaw il-problema akuta tat-trasport tal-istudenti lejn u mill-iskejjel.  Mhuwiex ġust li t-tfal jitwasslu kmieni wisq l-iskola għad-detriment tas-sigurtà tagħhom.  Breakfast clubs biex jilqghu it-tfal kmieni mhux necessarjament iservu l-ahjar interessi tal-tfal, imma jservu biss biex jghattu n-nuqqas ta’ koordinament fis-settur.

  • Theggeg biex l-elezzjonijiet għal rappreżentanti tal-istudenti fl-Università, l-Junior College u l-MCAST jitbiddlu mill-qiegħ biex il-kunsilli rispettivi tagħhom iħaddnu studenti b’diversità ta’ ħsieb flok elezzjonijiet li jippremjaw grupp politiku wiehed ghad-detriment t’ gruppi ohra b’ideat differenti.

Ic-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika, Arnold Cassola, sostna l-bzonn li l-process edukattiv ikun mod kif tigi ndirizzata l-gustizzja socjali.  Huwa ta’ thassib kif studenti li gejjin minn sitwazzjonijiet ta’ zvantagg, ghadhom qed isibu diffikulta` kbira biex johorgu minn dawn is-sitwazzjonijiet ta’ zvantagg socjali.  Dan turih bic-car ir-ricerka fl-edukazzjoni.  Cassola sostna fuq il-bzonn ta’ strutturi li joffru ghajnuna lit-tfal b’mod sostnut u fil-pront.  Sahaq fuq il-bzonn li l-iskejjel ikollhom l-ispazju li johorgu b’soluzzjonijiet huma minghajr indhil zejjed u ricetti rigidi mic-centru.   Cassola tenna wkoll fuq il-bzonn ta’ servizzi psiko-socjali ikunu iktar vicin l-iskejjel kif ukoll li l-kurrikula li ma jibqghux midfuna taht sillabi li ma jispiccaw qatt.

FacebookEmail