L-Awtorita’ tal-Ippjanar taqa’ u tqum mill-ambjent

L-Awtorita’ tal-Ippjanar taqa’ u tqum mill-ambjent – Gvern u Oppożizzjoni kompliċi

F’messaġġ illum, iċ-Chairperson ta’ AD Carmel Cacopardo qal:”Għamlu tajjeb il-Moviment Graffiti u l-Kamp Emerġenza Ambjent li ipprotestaw waqt laqgħa tal-Bord tal istess Awtoritá u wasslu biex il-laqgħa li kienet qed tikkonsidra l-ħruġ ta’ permess għall-pompa oħra tal-petrol titħassar.”

“Il-permessi għall-pompi tal-petrol ħerġin bħall-pastizzi. Ma għandhiex bżonn pompi tal-petrol ġodda. Li għandna bżonn u li jibdew jagħlqu dawk li hawn mhux li jiftħu l-ġodda. Xi xhur ilu l-Prim Ministru kien iddikjara li l-Gvern jaqbel li jispiċċaw mit-toroq Maltin karozzi li jaħdmu bil-petrol u bid-diesel u li fil-futur il-karozzi kollha jkunu jaħdmu preferibilment bl-elettriku. Alternattiva Demokratika taqbel ma dan tant li dan kien ġie propost, flimkien ma miġuri oħra relatati ma’ futur Zero Karbonju, fil-Manifest Elettorali ta’ AD fl-aħħar elezzjoni ġenerali : l-unika partit politiku li ħa din il-pożizzjoni ċara qabel l-elezzjoni.”

“Il-politika li biha l-permessi għall-pompi tal-petrol ħerġin bħall-pastizzi hi għodda għall-ispekulazzjoni tal-art u l-Awtoritá tal-Ippjanar flimkien mal-Gvern u l-Oppożizzjoni huma kompliċi f’din l-ispekulazzjoni. Għalhekk l-Awtoritá tal-Ippjanar mhix serja, qed tagħmel il-ħsara lill-ġenerazzjonijiet futuri. Għandna Awtoritá tal-Ippjanar li taqa’ u tqum mill-ambjent u mill-kwalita’ tal-ħajja tan-nies.”

***

PA doesn’t give two hoots about the environment – Government and Opposition accomplices

In a statement today, AD Chairperson Carmel Cacopardo said: “Graffiti Movement and Kamp Emerġenza Ambjent are totally right in protesting during a Planning Authority Board meeting. The protest led to the cancellation of the meeting considering the building of yet another petrol station.”

“Permits for petrol stations are being approved left, right and centre. We do not need new petrol stations. What we need is for existing ones to close down. Some months ago the Prime Minister had stated that the Government agrees that petrol and diesel cars should be phased out and that in future all cars should be electric. AD agrees with this proposal. Indeed it proposed this, amongst other measures for a Zero Carbon future, in the last general election’s Manifesto. AD was the only political party that took this clear position before the election.”

“The policy which permits new petrol stations left, right and centre are an excuse for land speculation. The Planning Authority together with the Government and the Opposition are accomplices of land speculators. The Planning Authority is not serious. It is a threat to future generations. We have a Planning Authority which doesn’t give two hoots about the environment and our quality of life.”

FacebookEmail