Waqt konferenza stampa gewwa tas-Sliema, Michael Briguglio, ic-Chairperson ta’ AD, qal: “Huwa ta’ sodisfazzjon kbir li kemm Lawrence Gonzi kif ukoll Joseph Muscat huma lesti li jahdmu ma’Alternattiva Demokratika – The Green Party fil-parlament. Kien pjacir ghalija li hadt sehem f’dibattiti maghhom f’dawn l-ahhar gimghat u daqshekk iehor ikun sodisfazzjon kbir li nara lill-AD fil-parlament. Fil-parlament ahna nservu ta’ pont bejn il-partiti u nressqu proposti li hemm bzonnhom hafna f’Malta. L-ewwel proposta taghna tkun li nizguraw il-meritokrazija fil-hatriet pubblici gholjin permezz ta’ skrutinju pubbliku mill-parlament jew kumitati tieghu.”
“B’elfejn vot f’distrett, il-votanti jistghu ikunu parti mill-istorja u jtellghu lil AD fil-parlament. Jien nappella lil dawk li jridu t-tielet partit fil-parlament u lil dawk li ghadhom ma gabrux il-vot taghhom biex ikunu parti mill-istorja meta jmorru jivvutaw. Fuq il-karta tal-vot, il-votanti ta AD jistghu ikomplu fuq kandidati preferuti taghhom ta’ partiti ohra”, zied Michael Briguglio.
Il-kelliem ta’ AD, il-Prof. Arnold Cassola, qal li Lawrence Gonzi u Joseph Muscat stess qeghdin ihajjru lin-nies jivvutaw lil Alternattiva Demokratika. Waqt it-Times Leaders’ Debate, li fih ha sehem ic-Chairperson ta’ AD, Michael Briguglio, Muscat iddikjara li ma jaqbilx ma’ referendum dwar il-kacca fir-rebbiegha filwaqt li Dr Gonzi qal li l-partit tieghu ma riedx inehhi ghal kollox il-kacca u l-insib jekk isir referendum dwar il-kacca fir-rebbiegha.
“Meta gie mistoqsi jekk l-introduzzjoni tad-divorzju kinetx decizjoni tajba, Dr Gonzi irrisponda li ‘iva’, u ghalhekk ikkonferma li Alternattiva Demokratika kellha ragun mill-bidu dwar dan. Rigward it-tnehhija tal-binjiet illegali tal-Armier, Dr Gonzi qal li ma setax jaqbel minhabba kwistjonijiet ta’ psewdo-kumpens, filwaqt li Dr Muscat ukoll qabel li lil dawk li qeghdin jikkapparraw l-art fl-Armier ha jhalliehom hemm ghax ha jilhaq ftehim maghhom. B’risposti bhal dawn min-naha tal-mexxejja taz-zewg partiti, issir htiega li l-Alternattiva Demokratika tkun fil-parlament.”
“Elfejn vot minghand in-nies gewwa distrett u, wara nofs seklu, tibda era parlamentari gdida mibnija fuq demokrazija, trasparenza u pluralizmu”, ikkonkluda l-Prof. Cassola.