
With regards to Prime Minister Muscat’s meeting with Italian Socialist Prime Minister Matteo Renzi and to their pledge that, together with the Greek Christian Democrat Prime Minister, they are going to press for European solidarity on the irregular migration issue during the Greek and Italian Presidencies this year, Alternattiva Demokratika Chairperson, Prof. Arnold Cassola, said: “Prime Ministers Renzi, Muscat and Samaras, please cut it out with your empty promises. You have been harping for years on the need of solidarity and you got nothing; you have threatened to resort to the pushback of migrants and you got nothing.
“In reality, you have been unable to persuade your fellow socialist and Christian Democatic Prime Ministers to show their solidarity. They have given you the cold shoulder. So please, stop taking for a ride the Maltese people with your empty words on burden sharing. We Greens have persuaded all our European Green colleagues that the Dublin rules must be totally overhauled in order to allow migrants to move on to Europe from Malta. It is now your duty to get a concrete pledge from all your European Socialist and Christian Democaratic colleagues to do likewise. Until then, please, stop uttering the usual platitudes that you have been repeating for years on end,” concluded Prof. Cassola.
…
B’riferenza ghal-laqg]a tal-Prim Ministru Muscat mal-Prim Ministru Soċjalist Taljan Matteo Renzi u għall-weghda taghhom li, flimkien mal-Prim MInistru Demokristjan Grieg, ser jsusu ghal solidarjeta’ Ewropea dwar l-issue tal-immigrazzjoni irregolari matul il-Presidenzi Griega u Taljana din is-sena, ic-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, il-Prof. Arnold Cassola, qal: “Prim Ministri Renzi, Muscat u Samaras, ejja naqtgħuha bil-wegħdiet fiergha. Ilkom is-snin titkellmu dwar il-ħtiega ta’ solidarjeta’ u ma ħadtu xejn; għeddejtu li tirrikorru ghall-pushback tal-immigranti u ma ħadtu xejn.
“Fir-realta’, kontu inkapaċi tipperswadu l-kollegi tagħkom il-Prim Ministri Soċjalisti u Demokristjani biex juru s-solidarjeta’ tagħhom magħna. Dawna tawkom il-ġenb. Jekk jogħġobkom, tkomplux tingannaw lill-poplu Malti bil-paroli vojta tagħkom dwar burden sharing. Aħna l-Ħodor ipperswadejna il-kollegi kollha tagħna Ewropej tal-Greens li r-regoli ta’ Dublin għandhom jiġu totalment mibdula b’mod li l-migranti li jaslu Malta jkunu jistgħu jimxu u jirrilokaw lejn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea. Issa, d-dmir tagħkom huwa li jkollhom wegħdiet konkreti mill-kollegi tagħkom Soċjalisti u Demokristjani Ewropej biex jagħmlu l-istess. Sakemm dan iseħħ, jekk jogħġobkom tkomplux tirrepetu l-paroli vojta li ilkom tgħidu dawn l-aħħar snin,” ikkonkluda l-Prof. Cassola.
