Il-Prim Ministru qed jipprova jiddefendi l-indifensibbli

Quddiem il-Parlament Ewropew, il-Prim Ministru ipprova jiddefendi l-indifensibbli. Jgħid x’jgħid il-Prim Ministru, jibqa’ l-fatt li fuq il-kaz tal-Panama Papers, baqa’ ma ħax il-passi li kien hemm bzonn li jiehu immedjatament li naqala’ l-ħtieġa għalihom. Mhux talli hekk talli issa li reġa tela’ fil-gvern, reġa ta’ premju ieħor lil Konrad Mizzi billi reġa ħatru ministru.  Lil Keith Schembri ħallieh Chief of Staff tiegħu.

Dan qalu ic-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika Arnold Cassola. Cassola tenna li huwa skandaluz li fid-dawl tal-allegazzjonijiet li ħargu fil-beraħ fl-aħħar xhur, kemm Mizzi kif ukoll Schembri baqgħu f’posthom. Cassola ikkritika wkoll il-prim ministru fuq id-decizjoni tiegħu li il-qasam tas-servizz finanzjarju jifforma parti mid-dikasteru tal-ufficcju tal-Prim Ministru.

Dan huwa kontra kull prassi ta’ etika fil-politika meta huwa fatt magħruf li f’Kastilja hemm persuna li apparti milli kellha kont sigriet fil-Panama hemm dellijiet fuqha dwar il-possibilita ta’ abbuzi gravi tas-sistema finanzjarja u flejjes f’kontijiet bankarji dubjuzi.

Cassola saqsa kif il-Prim Ministru jħossu komdu li jressaq ir-responsabbilta politika għal dawn is-servizzi iktar vicin lejn min għandu tali dellijiet fuqu. Minn fuq, il-Prim Ministru jinsisti li quddiem il-barranin, kulhadd għandu jaqbez għal pajjizu, jew aħjar jaqbez għan-nuqqas ta’ etika tieghu u tan-nies ta’ madwaru. Cassola tenna li dan mhu xejn ħlief patrijottizmu falz li dak li hu ħazin tgħidlu tajjeb għax sar hawn Malta.  Alternattiva Demokratika ma tħossx li għandha tkun komplici billi tagħlaq ħalqha. Kieku kellha tagħmel hekk tkun qed tiggustifika dawn id-decizjonijiet nieqsa mill-etika li ha l-gvern malti immexxi minn Joseph Muscat.

Alternattiva Demokratika tibqa’ tinsisti li dak li gara huwa inaccettabbli f’socjeta` demokratika fejn il-ligi tigi rispettata tabilħaqq.  Ir-rebħa konvincenti li għamel il-partit Laburista ma tistax isservi ta’ assoluzzjoni għal zbalji li saru. Il-Prim Ministru kkonvinca l-elettorat qabel il-votazzjoni li lest li jitgħallem mill-izbalji li għamel. Id decizjonijiet li ttieħdu tul din il-gimgħa jagħtu l-impressjoni distinta li l-Prim Ministru għadda l-elettorat biz-zmien għax l-izbalji li għamel rega’ rrepetihom ftit jiem wara li rega tela’ fil-gvern, temm jgħid Cassola.

FacebookEmail