Il-PN u l-PL għandhom jieqfu jagħmluha ta' Father Christmas

Ic-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika Michael Briguglio sostna li “Fil-parlament, AD ser tkun il-vuci progressiva tar-raguni li tmur lilhinn mill-manuvri elettorali.  Huwa inaccettabbli li kemm il-Partit Nazzjonalista kif ukoll il-Partit Laburista saru Father Christmas u jweghdu kollox lil kulhadd u jwieghdu tnaqqis fit-taxxa.  Il-verita` hi li il-flus biex jigu ffinanzjati is-servizzi pubblici minn x’imkien iridu jigu.  It-tnaqqis irresponsabbli u mhux sostenibbli fit-taxxa fl-ahhar bagit, imressaq mill-Partit Nazzjonalista u accettat ukoll mill-Partit Laburista ser jirrizulta f’inqas dhul lill-gvern u ghaldaqstant, inqas fondi ghal servizzi pubblici.”

“Huwa ghalhekk li Alternattiva Demokratika – The Green Party qed tipproponi mizuri ta’ taxxi progressivi ibbazati fuq sens ta’ gustizzja li dawk li jistghu jikkontribwixxu l-iktar ihallsu l-iktar u dawk li jhammgu iktar ikunu intaxxati iktar.  Sistema ta’ taxxa bhal din tizgura li l-fondi necessarji ikunu disponibbli ghal servizzi pubblici universali u welfare state sostenibbli.  Dan il-mudell huwa uzat b’success minn pajjizi ohra b’mudell socjali b’sahhtu, fosthom il-pajjizi Nordici.”

Il-kelliem ghall-Edukazzjoni Mario Mallia minn naha tieghu kien kritiku ghall-fatt li d-diskussjoni fuq l-edukazzjoni giet varata bil-weghda ta’ tablets b’xejn ghall-istudenti kollha, partikolarment mill-Partit Nazzjonalista.  Filwaqt li t-twettieq tal-istrategija nazzjonali fuq l-IT hija importanti, dan il-provvediment fl-edukazzjoni kellu jigi diskuss fil-kuntest usa’ tal-bzonnijiet generali edukattivi tal-istudenti kollha fosthom il-finanzjament ta’ programmi ta’ interventi bikrija u servizzi psikosocjali fost bzonnijiet urgenti ohra.

L-istess jista’ jinghad ghall-proposta ghal mina taht il-bahar biex tghaqqad Ghawdex ma Malta li hija stmata li tigi tiswa l-mijiet ta’ mijuni ta’ ewro; proposta li mhi xejn hlief distrazzjoni mill-bzonnijiet urgenti tal-Ghawdxin.  Mario Mallia tenna wkoll li ” huwa ta’ ghajb li il l-Unjoni Ewropea kull darba qed tizzeffen fin-nofs bhala is-sors principali ta’ fondi ghal progetti bhal dawn,  meta fil-verita` dawn il-fondi mhumiex garantiti.  L-uzu ta’ dawn il-fondi ghandu jkun ippjanat skont strategija cara nazzjonali iktar milli jsiru mezz kif jigu ffinanzjati weghdiet irresponsabbli tal-klassi politika f’kampanja elettorali.”

“Biex il-mira tal-Partit Nazzjonalista li jizgura bagit ibbilancjat fl-2015 tittiehed bis-serjeta`,  il-klassi politika kollha trid tkun iktar responsabbli u tibqa’ lura milli taghmel weghdiet li ma tistax izzomm”.

FacebookEmail