Id-droga: politika b’wiċċ uman

Waqt konferenza stampa illum il-Belt Valletta, il-kelliem u kandidat ta’ AD Ralph Cassar qal li hem bzonn bhala pajjiz nieqfu nippersegwitaw lil min ghandu bzonn l-ghajnuna u nkaxkruh mis-sistema kriminali minhabba uzu tad-droga. Din is-sistema taghmel hafna u hafna hsara.

Ralph Cassar qal:”Il-Labour u l-PN qalu li jridu jiddiskutu d-droga, aħna diġà iddiskutejna, eżaminajna sistemi differenti f’pajjiżi differenti u rapporti ta’ kummissjoni tan Nazzjonijiet Magħquda (UN) dwar id-droga: il-legalizazzjoni tal-kannabis, u bidla minn mudell ta’ kriminalizazzjoni ta’ dawk dipendenti fuq drogi qawwija (kokaina, eroina eċċ.), għall-mudell soċjali u mediku. Irridu politika b’wiċċ uman.”

“Il-politika tagħna dwar id-droga ibbażata fuq żewġ friegħi: id-dekriminalizazzjoni tal-‘users’ tad-drogi qawwija, imsejsa fuq mudell mediku u soċjali; u l-legalizazzjoni – kif issejħilha l-kummissjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda (UN) dwar id-droga: ‘legal regulation’. Hija bbazata fuq politika b’wicc uman.”

“Il-politika dwar id-droga tagħna rigward id-drogi qawwija u perikoluzi bħall-eroina u l-kokaina, u drogi oħra sintetiċi li huma ta’ ħsara kbira, hija msejsa fuq il-protezzjoni tas-saħħa. Il-mudell li jikkriminalizza il-‘users’ tad-drogi – anke dawk perikoluzi – fissret li dawn il-persuni jispiċċaw fis-sistema tal-ġustizzja, u ippersegwitati mill-Pulizija, li l-għantagħhom mhux l-għajnuna u r-rijabilitazzjoni, iżda l-kastig. Persuni dipendenti fuq id-droga għandhom bżonn għajnuna medika u soċjali. Hemm bżonn strutturi ta’ ‘community workers’ u ħaddiema soċjali li jaħdmu direttament mal-‘users’.”

“Alternattiva Demokratika, bħal ma tisħaq il-‘Global Commission on Drug Policy’ tan-Nazzjonijiet Magħquda (UN), tipproponi d-dikriminalizazzjoni tad-drogi kollha għall użu personali, u tħares lejn il-mudell Portugiż, li kellu suċċessi kbar f’dawn l-aħħar snin, bħala l-mudell bażi.”

“Għalkemm that dal-Gvern kien hemm xi titjib importanti fil-liġijiet Maltin, mhux veru li l-użu tad-droga ġiet dikriminalizzata. Il-‘users’ xorta qed jispiċċaw bil-Pulizija tiġri warajhom. Xorta qed jispiċċaw jitkaxkru l-Qorti. Xorta qed issir hsara kbira lil persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli u difficli. Huwa ghalhekk li ahna favor politika dwar id-droga b’wiċċ uman”

“L-infieq fuq infurzar fuq ‘users’ dipendenti mid-droga huwa kontro-produttiv u ħela ta’ risorsi. Minflok għandu jsir investiment ta’ ‘harm reduction’ li fost oħrajn inaqqas overdoses fatali, mard bħal-HIV/ AIDS u hepatitis. L-effetti tal-kriminalizazzjoni tal-persuni dipendenti mid-droga ifisser aktar kriminalità, vjolenza u perikli għall-persuni li għandhom bżonn l-għajnuna.”

Luke Caruana, kelliem u kandidat ta’ AD qal:”Mhux vera li l-użu tal-kannabis f’Malta mhux reat – kull ma’ sar hija sistema ta’ twissija quddiem bord apposta. Xorta għad hawn min qiegħed jeħel sentenzi ta’ ħabs u xorta min jinqabad bil-kannabis jitkaxkar quddiem il-qrati.”

“Il-politika ta’ AD hija li l-kannabis, titqies fuq l-istess livell tal-alkoħol u s-sigaretti (fil-fatt l-effetti tal-kannabis mhux serji daqs tad-drogi legali: l-alkoħol u s-sigarretti) u issir legali fuq dan il-mudell:

  1. L-ewwelnett, l-użu tal-kannabis għal skop mediku, minkejja r-retorika, għadu qed isib tfixkil kbir. Ix-xkiel għandu jispiċċa minnufih;

  2. Il-kannabis għandha titħalla titkabbar u tinbiegħ minn ħwienet liċenzjati u regolati. Id-dħul mit-tassazzjoni fuq il-prodotti tal-kannabis jista’ jintuża f’infieq fuq servizzi tas-saħħa u soċjali;

  3. Għandha titħalla ssir il-kultivazzjoni għall-użu personali tal-kannabis mingħajr tassazzjoni, u l-użu tal-kannabis għandha tkun legali, bħal fil-każ tas-sigarretti f’qafas ta’ liġi.”

Luke Caruana kompla:”L-ipokrezija trid tieqaf. Hemm diversi sistemi ta’ regolazzjoni legali tal-kannabis, mill-Colorado sal-Urugwaj. Ahna irridu ninvolvu l-esperti biex jfasslu d-dettalji u Sistema serja ta’ moniteragg tal-qasam. Haga wahda hija cara daqs il-kristall ghalina: t-tkabbir tal-kannabis ghall-uzu personali, u l-bejgh regolat b’licenzja u taxxa apposta ghandhom ikunu permessi. Il-hela ta’ rizorsi fuq s-sistema kriminali fejn tidhol l-kannabis trid tieqaf. Il-partiti l-ohra ghandhom jieqfu jidhku bin-nies u jaghtu x’jifmhu li qed jaslu x’imkien jew qed jipprotegu lin-nies bil-politika fallimentari taghhom fil-qasam tad-droga. Liema politika ghamlet aktar hsara milli gid lil persuni l-aktar vulnerabbli.”

Ic-Chairperson ta’ AD Arnold Cassola ghalaq:”Hemm diversi issues socjali li hem bzonn niffokaw ir-rizorsi fuqhom. Hemm traffikanti ta’ drogi qawwijin b’imperi ta’ negozji li milli jidher jirnexxielhom jaharbu l-ligi. Hemm bzonn investiment socjali: f’youth workers, community workers, aktar centri socjali u sportivi ghaz-zghazagh. Dan huwa l-focus taghna: politika b’wicc uman.”

FacebookEmail