Harassment, hate and femicide must be taken seriously

ADPD – The Green Party Chairperson Carmel Cacopardo and Deputy Secretary General Sandra Gauci said today that the party stands in solidarity with victims of violence, rape, harassment and femicide, and their families. They expressed support with the organisations forming Għajjejt u Xbajt which are shining a light on this matter.

Sandra Gauci said: “Femicide is the murder of a woman, where the target was always the murder of a woman. It not only includes physical violence but also rape. It is the fruit of misogyny which is the hate towards anything feminine. Sadly in Malta we are not immune to it and the murder of Paulina Dembska, yet another episode of violence and murder, has brought to light this malaise.”

Sandra Gauci added: ”Everyday somewhere in this country, a woman must go through her normal errands in life, or go to her home, with the feeling of being under imminent danger: a danger which can happen at any time. The perpetrator could be anyone: from someone close to us to a stranger. This constant living on alert has become something which many women have become used to. Couple this with reports of harassment or violence not being taken seriously or the victim being passed off as a liar and you have the perfect recipe for despair.”

“By acknowledging that femicide is real, we are giving visibility to this problem. Justice Minister Zammit Louis should realise that words are important, that that specific types of crimes are recognised at law gives a message that there is a problem. We are not invisible. We are half the population. As a party we demand that femicide be recognised at law as we cannot keep our heads in the sand any longer. Women need protection. Let us offer it to them.”

***

Il-fastidju, l-mibgħeda u l-femiċidju – ma nistgħux nibqgħu nagħlqu għajnejna

Iċ-Chairperson ta’ ADPD – The Green Party Carmel Cacopardo u d-Deputat Segretarju Ġenerali Sandra Gauci qalu illum li l-partit jesprimi solidarjetà mal-vittmi tal-fastidju, l-istupru, tal-vjolenza u tal-femiċidju u mal-familji tagħhom. Esprimew is-sapport tal-partiti mal-organizazzjonijiet lingħaqdu taħt il-kappa ta’ Għajjejt u Xbajt li qed jiġbdu l-attenzjoni tas-soċjetà Maltija għal dawn it-temi tant serji.

Sandra Gauci qalet:“Il-femiċidju huwa l-qtil ta’ mara, propju għax hija mara. Jibda minn vjolenza u anke stupru. Il-mibgħeda lejn dak kollu feminili u li jitqies bħala dgħajjef ġej minn kultura ta’ misoġenija. Lanqas f’Malta m’aħna ħielsa minn din it-tip ta’ kultura tossika. Il-qtil ta’ Paulina Dembska, huwa ieħor minn sensiela ta’ episodji ta’ vjolenza u qtil, li reġa tefa’ dawl fuq din il-problema.”

Sandra Gauci żiedet:”Kuljum x’imkien f’dal-pajjiż, mara jew tfajla tgħix fil-biża – kemm jekk barra waħeda jew lura d-dar. L-agressur jista’ jkun xi ħadd ma tafux jew anke xi qarib jew konoxxenza tagħha. Din is-sitwazzjoni mhux aċċettabbli. Lanqas m’hija aċċettabbli li rapport ta’ fastidju jew vjolenza ma tantx jittieħdu bis-serjetà.”

“Billi naqblu darba għal dejjem li l-femiċidju huwa fenomenu very u reali nkunu qed nagħtu viżibilità lil din il-problema. Il-Ministru tal-Ġustizzja Zammit Louis hemm bżonn jifhem li l-kliem huma important – li meta l-liġi tagħraf tipi speċifiċi ta’ reati tkun qed tibgħat sinjal li hemm problema li trid tiġi affaċċjata. Aħna mhux inviżibbli, aħna nofs il-popolazzjoni. Il-femiċidju għandu jkun rikonoxxut bħala reat speċifiku. In-nisa għandhom bżonn aktar protezzjoni. Ejja ntuhielhom.”

FacebookEmail