Alternattiva Demokratika – the Green Party welcomes the Prime Minister’s declaration that he will be taking steps to halt once and for all the abuse of migrants being carried out by those who are employing them without respecting their basic rights.
This was stated by Carmel Cacopardo Deputy Chairman of Alternattiva Demokratika-The Green Party when commenting on Joseph Muscat’s speech at Sliema over the weekend.
Its been known for ages, added Cacopardo, that some “employ” a number of migrants every day by picking them up with a van at Marsa, and subsequently paying them, if they are actually paid, insignificant amounts of money. This is an insult to the dignity due to every person who works who has the right to adequate payment for his work, irrespective of his origin or the colour of his skin, added Cacopardo.
In addition to being a vilification of the dignity of every working man in Malta, added Cacopardo, the failure of the state to intervene so far, signifies that the rights and achievements of working man and women are also under threat.
AD, concluded Cacopardo, hopes that the Prime Minister will implement what he has promised at the earliest.
—
L-abbuż tal-immigranti waqqfu llum qabel għada, tgħid Alternattiva Demokratika
Alternattiva Demokratika tilqà b’sodisfazzjon id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat li ser jieħu passi biex iwaqqaf darba għal dejjem l-abbuż li qed isir minn immigranti minn persuni li qed iħaddmuhom b’kundizzjonijiet miżeri.
Dan qalu Carmel Cacopardo Viċi Chairman ta’ Alternattiva Demokratika huwa u jikkummenta fuq id-diskors ta’ Joseph Muscat f’tas-Sliema fi tmiem il-ġimgħa.
Ilu ħafna magħruf, żied jgħid Cacopardo, li hemm min ta’ kuljum “iħaddem” numru ta’ immigranti li jiġbor bil-vann mill-Marsa u li mbagħad iħallashom, jekk iħallashom, bil-loqom. Dan hu affront għad-dinjitá li jixraqlu kull min jaħdem li għandu d-dritt ta’ ħlas ġust għal xogħolu, irrispettivament mir-razza jew il-lewn ta’ ġilda tiegħu, żied jgħid Cacopardo.
Minbarra li hu tkasbir tad-dinjitá li tixraq lil kull min jaħdem f’Malta, kompla jgħid Cacopardo, in-nuqqas tal-istat li sal-lum jintervjeni fissret li qed ikunu mhedda ukoll id-drittijiet u l-kisbiet tal-ħaddiema Maltin fl-istess oqsma ta’ xogħol.
Alternattiva Demokratika, ikkonkluda Cacopardo, tawgura li dak li wiegħed il-Prim Ministru, jwettqu malajr kemm jistá jkun.