
Malta marida:
- Għall-PLPN l-ambjent huwa biss moda, bil-paroli biss
- L-ispazji miftuħa saru opportunità ta’ żvilupp għall-bażużli
- L-infrastruttura saret biss akkomodazzjoni għall-karozzi
- L-art pubblika premju għal tal-qalba u l-barunijiet
- L-edukazzjoni saret seftura tal-interessi ekonomiċi
- Il-progress sar ifisser persuni bla saqaf fuq rashom
- Il-PL fil-gvern kompla bil-qerda tal-ispazji miftuħa u l-agrikoltura li beda l-PN fl-2006
- Mexxeja politiċi u l-PLPN jaħarbu t-taxxi dovuti
- Id-donazzjonijiet lil PLPN jinħbew bħala ‘servizzi’ mill-ONE u n-NET lill-barunijiet tan-negozju
- Il-qtil ta’ ġurnalista sar logħba noli ma’ min jipprova jfakkarha
- Il-kostituzzjoni baqgħet poter iċċentralizzat f’idejn il-Prim Ministru
- Id-drittijiet ċivili saru kaċċa għall-voti
- Bejn li jgħidu u li jagħmlu hemm kontradizzjoni sfaċċata
- Il-PLPN iridu jeqirdu lil Għawdex u ‘l Malta b’ajruport għal xejn u b’mina rovina.
- Bejn il-PL u l-PN m’hemmx x’tagħżel
Għandna għażla. Jew il-politika ssir tagħhom. Jew min hu diżgustat, bħalek u bħalna, inxammru l-kmiem.
X’rridu?

1.
Spazji pubbliċi jibqgħu jitgawdew minn kulħadd

2.
L-etika titqies bħala kwalità ewlenija tal-politiċi

3.
It-toroq isiru għan-nies mhux għall-karozzi

4.
Il-ferneżija ta’ bini tiġi kontrollata

5.
L-edukazzjoni issir esperjenza ta’ żvilupp personali u komunità ta’ sapport, gost u tagħlim

6.
Tieqaf il-qerda tal-art agrikola

7.
Għawdex valorizzat mhux meqrud b’aktar karozzi, tniġġis, u mina rovina

8.
It-tfal ma jibqgħux vittmi ta’ arja mniġġsa

9.
Is-solidarjetà ma tibqax tieqaf sal-Istrina

10.
L-inċentivi u l-infrastruttura għal mezzi ta’ trasport nodfa jiżdiedu konsiderevolment

11.
L-anzjani jsiru prijorità, b’servizzi residenzjali fil-komunità

12.
Il-kirjiet ma jibqgħux projbittivi għal ħafna

13.
Kull bini jsir żero-karbonju biex il-kwalità tal-ħajja tagħna titjieb

14.
Il-kostituzzjoni ssir garanzija ta’ kontabilità u tas-saltna tad-dritt

15.
Il-progress jitqies b’kemm nies ma jaqgħux lura, nesploraw bis-serjetà d-Dħul Bażiku Universali

16.
Il-poter assolut ma jibqax f’idejn il-Prim Ministru

17.
Il-politiċi jkunu nies ta’ eżempju
Għal darba oħra qed nippreżentaw kandidati fuq kull wieħed mid-distretti elettorali u qed nitolbu l-vot tagħkom biex inmexxu ‘l quddiem u nwettqu l-manifest elettorali.