ADPD notes that following the appointment of FIAU’s Director as the Chief Executive (CEO) at MFSA, the FIAU is being temporarily led by an acting Director. This person, currently acting Director of FIAU, is the same one who some years ago had certified that Pilatus Bank was able to continue its operations without the need of further action in spite of “certain deficiencies”. However just over a year later Pilatus Bank had been shut down and slapped a record fine of almost €5 million.
ADPD – The Green Party Chairperson Carmel Cacopardo said that the country is still rebuilding its reputation in financial services even though we have succeeded to be removed from FATF’s Grey List. In such circumstances, the appointment as head of the Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) – albeit temporarily – of the person thanks to whom Pilatus Bank was allowed to continue its operations in Malta is an irresponsible act, insisted Cacopardo.
The fact that we are no longer greylisted is not enough to remove any stains on the reputation of our country. Such appointments still leave visible stains on Malta’s reputation, as the person currently leading the FIAU does not inspire the much-needed trust in this sector, concluded Cacopardo.
***
ADPD tgħid li r-reputazzjoni ta’ Malta fis-servizzi finanzjarji għada mtappna
ADPD osservat li wara li d-Direttur tal-FIAU inħatar Kap Eżekuttiv (CEO) tal-MFSA, temporanjament, l-FIAU issa hi mmexxija minn aġent Direttur. Din il-persuna li preżentament qed tokkupa l-kariga ta’ aġent Direttur hi l-istess waħda li xi snin ilu iċċertifikat li minkejja li fil-Bank Pilatus “kien hemm xi nuqqasijiet” dan il-bank seta jitħalla jibqa’ jopera, mingħajr ma jittieħdu passi oħra fil-konfront tiegħu. Minkejja dan ftit iktar minn sena wara l-bank Pilatus ingħalaq u ġiet imposta fuqu multa record ta’ kważi €5 miljuni.
Iċ-Chairperson ta ADPD – The Green Party, Carmel Cacopardo qal li l-pajjiż għadu qed jagħmel sforz biex jibni mill-ġdid ir-reputazzjoni ta’ Malta fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, minkejja li nqlajna mil-lista l-griża tal-FATF. Li f’dawn iċ-ċirkustanzi taħtar, anke temporanjament, lill-persuna li bis-saħħa tiegħu il-Pilatus Bank seta’ jkompli bl-operat tiegħu f’Malta bħala l-kap tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) hija irresponsabbiltà kbira, sostna Cacopardo.
Mhux billi tneħħejna mil-lista l-griża, t-tbajja’ fuq ir-reputazzjoni tal-pajjiż għadhom hemm. B’dawn il-ħatriet jidher li se ndumu b’reputazzjoni mtappna, għax il-persuna li qiegħda tmexxi l-FIAU illum ma tispirax dik il-fiduċja tant meħtieġa f’dan il-qasam temm jgħid Cacopardo.