Falliment fit-twettiq tal-istrateġija tal-iskart

Alternattiva Demokratika jidhrilha li d-deċiżjoni tal-Gvern li jħaddem inċineratur biex jaħraq l-iskart hi dikjarazzjoni ta’ falliment fit-twettiq tal-istrateġija tal-iskart. B’mod partikolari hemm falliment fl-oġġettiv li jitnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart kif ukoll fl-oġġettiv tas-separazzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart.

Hu magħruf li 12% biss tal-iskart iġġenerat fil-gżejjer Maltin ikun riċiklat. Bit-tħaddim tal-inċineratur issa mhux ser jibqa’ oġġettiv li jitnaqqas l-iskart għax l-iskart se jkun neċessarju biex jitma l-inċineratur. Mingħajr skart l-inċineratur ma jistax jitħaddem u allura il-potenzjal tal-ħolqien ta’ negożji li jirriċiklaw l-iskart se jinħonoq qabel ma ngħata biss iċ-cans li dawn jinħolqu. Il-mira li l-inċineratur jibla’ 40% tal-iskart hi waħda għolja u tfisser rassenjazzjoni tal-Gvern li mhux kapaċi jilħaq il-miri li ntlaħqu minn pajjiżi oħra.

Luke Caruana
PRO

***

Government has given up on increasing recycling rates

AD considers that the Government’s decision to operate a waste incinerator is a declaration that its waste management strategy has failed. In particular it has failed in the objective of reducing the generation of waste, as well as the objective of separating and recycling waste.

Only 12% of waste generated is recycled in the Maltese islands. With an incinerator to burn 40% of waste, the objective to reduce waste generation will be thwarted because of the amounts of waste necessary to feed the incinerator. Without a continuous stream of waste the incinerator proposed cannot be operated and the creation of of businesses that recycle and extract resources from waste will be nipped in the bud. This goes contrary to the concept of the circular economy. The target of an incinerator that swallows 40% of waste is high and indicates that the government is not able to reach the targets achieved by other countries.

Luke Caruana
Public Relations Officer
FacebookEmail