AD taħdem lejn demokrazija aktar diretta u parteċipattiva. Entitajiet eżekuttivi bħall-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewopew jeħtieġ li jkunu kontabbli għall-azzjonijiet tagħhom. AD taħdem għal UE li tħaddem demokrazija fuq livelli differenti, li tirrispetta s-sussidjarjeta` u li tqis id-diversita` bħala waħda mill-aħjar assi tagħha. AD taħdem lejn il-ħolqien ta’ aktar spazji għall-NGOs, trade unions u partijiet oħra tas-soċjeta` ċivili. Din il-vuċi hija kruċjali fl-iżvilupp ta’ soċjetajiet demokratiċi mibnija fuq il-prinċipji tad-diversita` u s-solidarjeta`.
AD taħdem lejn il-ħolqien ta’ Kummissarju tal-Pajjiżi Żgħar biex is-sitwazzjonijiet partikolari tagħhom ikollha vuċi fl-istituzzjonijiet u deċiżjonijiet Ewropej.
AD tinsisti biex tissaħħaħ it-trasparenza, il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-kontabilitaʽ biex jilqgħu għal kontra l-korruzzjoni. Bħala Greens ser nibqgħu naħdmu għal aktar trasparenza fil-proċess kollu tat-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea sal-istituzzjonijiet l-oħra kolha tal-UE sal-gvernijiet tal-pajjiżi membri inkluż Malta. AD taħdem għad-drittijiet taċ-ċittadini biex jiddeterminaw il-futur tal-Unjoni billi żżidilhom l-għażla matul il-proċess leġizlattiv, u anke permezz ta’ referenda popolari.
Bħala parti mill-European Greens, AD tipproponi l-Green New Deal bħala strateġija għall-ħolqien tal-impjiegi. AD temmen li jeħtieġ ngħaqqdu l-forzi tagħna biex insawru l-fututr tagħna. Minflok l-awsteritaʽ ekonomika li hija truxa soċjalment u għamja ambjentalment, aħna qed nagħmlu tliet proposti lejn it-triq tas-sostenibilitaʽ:
- Il-ġlieda kontra l-qagħad,
- Il-faqar u
- Kull forma ta’ inġustizzja soċjali
Jekk intellgħu lil Carmel Cacopardo jew lil Arnold Cassola bħala MPE, aħna l-Maltin inkunu qed niksbu tlett għanijiet: inkunu qed inkissru darba għal dejjem il-mentalita` tribali taż-żewġ partiti li ilha toħnoq il-politika Maltija għal dawn l-aħħar 50 sena; ikollna iktar saħħa fl-Ewropa minħabba li l-poplu Malti ikun rappreżentat għall-ewwel darba fit-tielet grupp – Il-grupp tal-Greens- fil-Parlament Ewropew; inkunu qed nagħtu garanzija li diġa għaddiet mill-għarbiel ta’ trasparenza, kontabilita` u vuċi ta’ raġuni lil ċittadini u komunitajiet diversi.
Ikkuntattja lil:
Carmel Cacopardo fuq cacopardocarm@euroweb.net.mt
Arnold Cassola fuq arnoldcassola@gmail.com