“The Labour Government was more interested in projects that involved huge sums of money such that it would be easier to hide corruption and the millions of dollars in kickbacks to Laboour exponents including Konrad Mizzi and Keith Schembri, than in local investment in the electricity distribution system, where the possibility of corruption on a large scale was less. At the same time the government of supposed ‘experts’ and ‘star’ Ministers wnet down the path of an economic policy based on reckless and unrestrained speculation and building development, all loaded on poor infrastructure.” ADPD – The Green Party Secretary General Ralph Cassar said in a statement about the disastrous energy situation.
“Labour preaches the false idea of unlimited resources and waste, they even rewarded huge subsidies to those who use energy recklessly. All this while Enemalta was left to fail, and while incompetent Labour lap-dogs were rewarded with well-paid positions in the failed corporation.”
ADPD – The Green Party Chairperson Sandra Gauci said “It is evident that the country is on its knees due to continuous power cuts. This means a huge burden on families and businesses. Everyone is affected, but the most affected are the vulnerable who are already crushed by inflation and wages that do not meet their basic needs.”
“This situation is intolerable, we at ADPD – The Green Party are calling a protest to demand accountability for the current disastrous situation. The protest will take place next week, details will be announced later.”
***
Enerġija: korruzzjoni, inkompentenza u traskuraġni
“Il-Gvern Laburista kien aktar interessat fi proġetti li jinvolvu flejjes enormi għax kien hemm lok għall-korruzzjoni u miljuni jgħaddu minn taħt lil esponenti tal-gvern fosthom Konrad Mizzi u Keith Schembri milli f’investiment lokali fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku, fejn il-possibilità ta’ korruzzjoni fuq skala kbira kienet inqas. Fl-istess ħin il-gvern tas-suppost ‘esperti’ u Ministri ‘stilla’ mexxa ‘l quddiem politika ekonomika bbażata fuq żvilupp ta’ bini bl-addoċċ u bla rażan, b’infrastruttura bażwija.” Dan qalu s-Segretarju Ġenerali ta’ ADPD – The Green Party Ralph Cassar.
“Mexxew ‘il quddiem l-idea tal-ħela, fejn min juża l-enerġija bl-addoċċ ġie ippremjat b’sussidji enormi. Dan filwaqt li fallew l-Enemalta u mlewha tmexxija inkompetenti klieb tal-but tal-Partit Laburista.”
Iċ-Chairperson ta’ ADPD – The Green Party Sandra Gauci qalet “Huwa evidenti li l-pajjiż jinsab għarkubbtejh minħabba s-sitwazzjoni tal-qtugħ kontinwu ta’ dawl b’piż fuq familji u negozji. Kulħadd hu milqut, pero l-iktar li jħoss l-impatt ta’ dan kollu hu l-vulnerabbli li diġà hu mgħaffeġ bl-inflazzjoni u b’pagi li ma jwasslux biex jindirizzaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-ħajja.”
“Din mhix sitwazzjoni tollerabbli aktar u fid-dawl ta’ dan aħna, ADPD – The Green Party qed insejjħu protesta biex nitolbu li jkun hemm kontabilità ta’ din is sitwazzjoni. Il-protesta issir il-ġimgħa d-dieħla, imma d-dettalji jitħabbru iktar tard.”