Waqt konferenza stampa geww B’Kara, Alternattiva Demokratika, the Green Party iddiskutiet xi whud mill-proposti taghha fuq iz-zghazagh u l-edukazzjoni u qalet li l-politika f’dan il-qasam ghandha tkun ibbazata fuq gustizzja socjali u inkluzjoni socjali.
Michael Briguglio, ic-Chairperson ta’ AD, qal: “Fil-parlament, AD tizgura li d-dibattitu fuq l-edukazzjoni jiffoka fuq il-gustizzja socjali u l-inkluzjoni socjali, specjalment meta f’Malta l-livelli ta’ dawk li jitilqu mill-iskola kmieni, l-illitterizmu u r-rapprezentazzjoni ta’ klassijiet differenti fl-edukazzjoni post-sekondarja u terzjarja ghadhom baxxi meta tqabbilhom mal-medja Ewropea.”
Reuben Zammit, il-kelliem ta’ AD ghaz-zghazagh, qal; “Hemm bzonn ligi dwar is-servizzi taz-zghazagh biex jigu regolarizzati ic-centri kollha taz-zghazagh. Ghalkemm ic-centri taz-zghazagh iridu jithallew izommu l-identita socjali taghhom, iz-zghazagh iridu jkunu mharsa minn diskriminazzjoni fuq bazi ta’ generu, twemmin, orjentzzjoni sesswali jew etnicita’. Centri taz-zghazagh ghandhom iservu ta’ pjattaforma fejn zghazagh b’dizabilita’ ikunu jistghu jigu inkluzi u jhossuhom parti minn komunita. Ligi bhal din trid tara wkoll li centri bhal dawn ikunu mmexxija minn nies kwalifikati. Nemmnu wkoll li z-zghazagh ghandu jkollhom sehem qawwi fit-tmexxija ta’ dawn ic-centri. F’lokalitajiet fejn m’hemmx centru taz-zghazagh illicenzjat mill-istat, il-kunsill lokali ghandu jinghata l-ghajnuna kollha mehtiega biex jiftah centru gdid.”
Il-kelliem ta’ AD ghall-Edukazzjoni, Mario Mallia tenna l-bzonn li l-istudenti jhossuhom iktar inkluzi fil-process edukattiv. Fost il-mizuri li ghandhom bzonn jittiehdu hemm il-bzonn ta’ skejjel izghar. “Huwa fi skejjel izghar li it-tfal ihossuhom indukrati. Fi skejjel kbar, it-tfal ihossuhom mitlufa. Dan qed ikollu impatt qawwi fuq it-taghlim. Daqstant importanti huwa l-bzonn li naraw li b’uzu ghaqli tar-rizorsi ezistenti, in-numru ta’ tfal fil-klassijiet taghna ikun wiehed izghar. Dan ghandu jghin biex il-miri tar-riforma fl-edukazzjoni ta’ gustizzja edukattiva permezz ta’ klassijiet b’abbiltajiet inhallta, jintlahqu iktar.”
Mario Mallia tkellem ukoll fuq is-sistema tal-kulleggi u qal li filwaqt li AD hija favur it-twaqqif taghom, thoss li dawn ghandhom jinghataw hafna iktar awtonomija biex ikunu jistghu ifasslu servizz li jkun skont il-bzonnijiet partikulari tal-istudenti li jahdmu maghhom. AD qalet ukoll li thossha imnikkta kif id-diskussjoni fuq proposti edukattivi giet varata bil-weghediet tat-tablets. Filwaqt li AD hija favur il-bzonn li nkomplu nrawwmu l-istudenti taghna fil-kompetenzi fl-IT, fl-istess waqt, thoss li dan ghandu jkun proces iggalbat li jassigura li jkun hemm fuq kollox tahrig u infrastruttura f’postha. AD kienet tippreferi li it-tali proposta issir fl-f’qafas komprensiv tal-bzonnijiet edukattivi iktar wiesgha.
Mario Mallia insista fuq il-bzonn li nahdmu iktar fuq early intervention programmes, l-illitterizmu, it-tishih tas-CDAU (Child development Assessment Unit) biex problemi edukattivi jigu identifikati minn kmieni, kif ukoll iktar investiment fuq servizzi ancillari fosthom family therapy u servizzi ohra li jaghtu appogg lill-familja. AD thoss ukoll li fis-sistema edukattiva taghna hemm nuqqas serju ta’ politika dwar multikulturalizmu, generu kif ukoll LGBT. In-nuqqas ta’ politika f’dawn l-oqsma ifisser li m’hemmx provediment istituzzjonali u ufficcjali bil-konsegwenza li kollox jiddependi mir-rieda ta’ persuni individwali fl-iskejjel. Issemma wkoll li wasal iz-zmien biex naraw jekk f’kuntest ta’ inkluzjoni ghandniex nikkunsidraw sistema edukattiva bi bniet u subien jitghallmu flimkien. AD thoss li ghandha tibda diskussjoni nazzjonali biex nizguraw li d-disugwaljanzi bejn is-sessi fis-socjeta` ikunu tabilhaqq indirizzati fis-sistema edukattiva taghna, anke permezz ta’ co-education.
Filwaqt li AD tilqa’ bi pjacir il-fatt li in-numru ta’ studenti li jkomplu jistudjaw wara s-sittax-il sena qed jizdied, thoss li ghandha tigi ppubblikata l-istatistika ta’ kemm studenti fl-istituzzjonijiet post sekondarji mhux qed jirnexxielhom jispiccaw il-korsijiet taghhom. It-tali statistika ghandha tghin biex jigu identifikati r-ragunijiet u soluzzjonijiet biex din l-emoregija ta’ studenti tieqaf.